Left arrow Mur Lura

STQARRIJA DWAR IL-QAGHDA PREZENTI FIL-MALTA SHIPBUILDING MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI U CHAIRMAN TAT-TASK FORCE GHAR-RISTRUTTURAR TAT-TARZNARI

PR102
Date Icon 30/01/2002

Il-programm tal-PBS Bondi + tal-bierah 29 ta’ Jannar 2002 iddiskuta l-qaghda prezenti fil-Malta Shipbuilding. F’dan il-programm ir-rapprezentanti tal-General Workers Union u d-Direttur Haddiem tal-azjenda ghamlu valutazzjoni zbaljata tal-qaghda prezenti fil-Malta Shipbuilding.

L-ewwel punt li jrid jinghad hu li sallum il-Gvern kien prudenti u zamm lura milli jaghmel stqarrijiet li jistghu jkunu kontroversjali, u ghalhekk ifixklu l-atomosfera ta’ kalma li hi mehtiega meta l-haddiema jintalbu biex jiehdu decizjoni daqstant importanti fuq il-futur taghhom. Il-Gvern stenna li din il-prudenza tintwera minn kullhadd, izda sfortuntament dan m’huwiex qieghed isehh. Ghalhekk huwa necessarju li terga ssir enfasi fuq il-fatti principali.

Il-Gvern u l-management tat-tarzna ilhom ghal dawn l-ahhar tliet snin jaghmlu sforzi kbar biex jattiraw xoghol lejn il-Malta Shipbuilding. Ghalkemm it-tarzna rceviet numru ta’ talbiet biex tikkwota ghal xoghol ta’ bini ta’ vapuri, l-ebda wahda mill-offerti taghha ma ntlaqghu mis-sidien. Ir-raguni ewlenija ghala gara dan hi li l-kompettitivita tat-Tarzna tal-Marsa tant hi baxxa li biex tikseb kuntratt it-tarzna trid tikkwota prezzijiet li jirrizultaw f’telf kbir ghat-tarzna meta jitlesta ix-xoghol.

Il-management tat-tarzna ghamel il-proposti tieghu kif din is-sitwazzjoni tista’ tkun rimedjata. Il-Programm ta’ Ristruturazzjoni Ghat-Tarznari u l-Ftehim Kollettiv gdid propost mill-management u accettat fit-Task Force joffri l-ahjar opportunita biex il-Malta Shipbuilding tohrog mis-sitwazzjoni imwieghra li tinstab fiha. Il-perm ta’ dan ir-ristrutturar hu li jonqsu in-numru ta’ haddiema li jahdmu fit-tarznari ghal livell sostenibbli li jippermetti lit-tarznari Maltin li, fuq perjodu ta’ seba’ snin, isiru kompettitivi bizzejjed biex ma jkomplux jitilfu il-miljuni ta’ liri li qed jitilfu bhal issa. Il-pjan isemmi miri specifici ghal kull sena li tghaddi u jsemmi wkoll x’jigri jekk dawn il-miri ma jintlahqux. Dan it-tibdil ilu jigi rakommandat minn diversi esperti matul dawn l-ahhar ghaxar snin.

Iridu jsiru ukoll riformi kbar fil-prattici tax-xoghol. Matul din l-ahhar sena l-industrija tat-tarznari f’Malta tilfet xoghol prezzjuz ghax ma qdewx lill-klijenti taghhom bil-mod kif dawn kienu qed jistennew. Kien hemm ukoll nuqqas ta’ flessibilita min-naha tal-haddiema meta dawn irrifjutaw li jmorru minn tarzna ghal ohra meta kien hemm bzonn kummercjali li jsir dan. B’rizultat t’hekk it-tarzna kellha ggib haddiema barranin biex dawn ilestu ix-xoghol li t-tarznari taghna dahlu ghalih. Kieku hdimna bil-ghaqal dan ix-xoghol kien isir minn haddiema Maltin u l-flus kinu jibqghu Malta.

Il-haddiema kollha f’pajjizna qed ikollhom jiffaccjaw kontinwament l-isfida tal-kompetizzjoni u qed jintalbu jtejjbu l-produttivita taghhom. Il-haddiema tat-tarznari ma jistghux ikunu eccezzjoni u jridu jghaddu mill-istess process. Il-process ta’ ristrutturar fit-tarznari jrid ikompli ghax b’hekk biss nistghu nsalvaw din l-industrija. L-iskemi ta’ irtirar kmieni huma intizi biex inaqqsu l-impatt li dan it-tibdil ser igib fuq dawk il-haddiema li ma jistax jinstabilhom xoghol li hu ekonomikament vijabbli.

Kull dewmien f’dan ir-ristrutturar ikompli jbieghed l-prospetti li tinstab soluzzjoni dejjiema ghal din il-problema li ilha tkaxkar is-snin u li qed tiswa lill-poplu Malti miljuni kbar ta’ liri fis-sena. L-istess jigri jekk min huwa responsabbli jirrikorri ghal diskors jew azzjonijiet li ma jwasslu mkien hlief li jkomplu jaghmluha difficli biex jigi akkwistat xoghol gdid ghat-tarznari. Barra minn hekk, jekk jonqosna l-kuragg li nagixxu, nkunu qed nipperikolaw ukoll l-impjiegi li jistghu jkunu salvati f’industrija tat-tarznari Maltija mgedda skond ir-rejaltajiet ekonomici tal-lum.


Lawrence Gonzi
Chairman – Task Force Ghar-Ristrutturar tat-Tarznari

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow