L-EWWEL SENA MILL-FTUH TAD-DAY CENTRE TA' SAN PAWL IL-BAHAR
F’gheluq l-ewwel sena mill-ftuh tac-Centru ta' Matul il-Jum f’San Pawl il-Bahar, ittellghet wirja ta' oggetti mahduma kollha bl-idejn mill-anzjani li jattendu dan ic-centru.
Din il-wirja giet inawgurata mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici. Huwa fahhar lil dawn l-anzjani ghax b'dawn l-attivitajiet huma jzommu ruhhom attivi u jibqghu aggornati mal-hajja ta' kuljum, izda fuq kollox Dr Mifsud Bonnici wera s-sodisfazzjon tieghu ghax l-iskop li ghalih twaqqfu dawn ic-Centri ta' Matul il-Jum qed jintlahaq.
Il-wirja ta’ xoghlijiet ta’ l-idejn hija okkazjoni biex l-anzjani tac-Centru setghu juru dak kollu li taghllmu matul din is-sena. L-oggetti jikkonsistu f'ganutell, rakkmu, pittura, hjata u anke xoghol ta’ l-injam u tas-suf, u tapestry.
Din il-wirja li ser tkun miftuha fl-24 u l-25 ta' Lulju, bejn id-9.00 a.m. u nofs in-nhar u bejn l-4.00 p.m. u t-8.00 p.m. Il-pubbliku huwa mistieden biex izur din il-wirja.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN