IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GEORGE PULLICINO Jippartecipa fil-laqgha tal-Ministri ta’ l-ambjent tal-pajjizi membri u pajjizi kandidati ta’ l-UE
PR1012
22/07/2002
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ippjanar u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino saħaq li hemm ħtieġa ta` pjan konkret ta` inizjattivi li jgħinu l-pajjizi mhux żviluppati sabiex dawn jiżviluppaw. Fl-istess ħin l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-pajjizi żviluppati, għandha tgħin sabiex dan l-iżvilupp jkun wieħed li jirrispetta l-ambjent.
Is-Segretarju Parlamentari qal dan waqt il-laqgħa tal-Ministri ta’ l-Ambjent tal-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-pajjizi kandidati. Il-laqgħa li saret f’Sonderborg, fid-Danimarka, iffukat fuq il-preparazzjoni għas-Summit Dinji għall-Izvilupp Sostenibbli li se jsir f’Johannesburg fl-Afrika t’ Isfel f’Awissu li gej.
Il-Ministri Ewropej f’din il-laqgħa:
- irrikonoxxew li fil-proċess tat-tkabbir l-għajnuna tal-U.E. lill-pajjizi kandidati għat-titjib ta’ l-ambjent se jkun l-akbar kontribut li l-U.E. se tkun tat lid-dinja fil-qasam ta’ l-iżvilupp sostenibli għall-għaxar snin li gejjin.
- iddiskutew anke numru ta` inizjattivi li beħsiebhom jipproponu sabiex l-U.E. tgħin ukoll pajjizi oħra li għadhom qed jiżviluppaw fil-kumplament tad-dinja.
- qablu wkoll li bħala priorità jenħtieg jitfassal programm ta’ azzjoni ta` għaxar snin li permezz tieghu l-pajjizi Ewropej jiddefinixxu livell ta` produzzjoni u konsum sostenibbli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN