Left arrow Go Back

LM12.5 MILJUN F’GĦAJNUNA LILL-PRODUTTURI TAT-TIĠIEĠ U L-BAJD

PR1011
Date Icon 22/07/2002


Permezz tal-pakkett speċjali li tħejja mill-Gvern bl-iskop li jsaħħaħ is-settur tal-biedja f’pajjiżna u biex il-produtturi jibqa’ jkollhom dħul xieraq u ġust bit-tneħħija tal-protezzjoni, il-produtturi tat-tiġieġ u l-bajd se jibbenefikaw minn Lm12.5 miljun f’għajnuna mifruxa fuq perjodu ta’ ta’ 12-il sena bejn din is-sena u s-sena 2013.

Dan qalu l-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, l-Onor. Ninu Zammit meta, il-bierah f’Ħaż-Żebbuġ, tkellem fil-laqgħa generali annwali tal-Kooperattiva tat-Tjur. Hu qal li din l-għajnuna se tkun maqsuma f’Lm5.7 miljun għall-produzzjoni tal-kapuċċelli (broilers) u Lm6.8 miljun għall-produzzjoni tal-bajd.Il-Ministru Zammit semma li fil-preżent hawn 441 razzett reġistrat għall-produzzjoni tat-tjur u l-bajd, li minnhom 98 jinsabu f’Għawdex. Dawn qed jipproduċu mal-5.6 miljun kapuċċell u mal-104 miljun bajda fis-sena

Hu qal li l-levy fuq dawn il-prodotti bdiet tonqos mill-bidu ta’ dan ix-xahar u għaldaqstant il-produtturi bdew jingħataw għajnuna ta’ 6ċ4 fuq kull tużżana bajd u 3ċ kull kilo għar-rigward tal-kapuċċelli. Permezz ta’ din l-għajnuna l-prezz ta’ tużżana bajd roħos b’5ċ filwaqt li dak tal-kapuċċelli sħaħ roħos b’2ċ-il kilo. Il-kumplament tal-għajnuna hi ntiża għar-ristrutturar ta’ l-industrija.

Il-Ministru Zammit kompla li b’seħħ mill-bidu tas-sena d-dieħla, din l-għajnuna se tiżdied għal 12ċ8 kull tużżana bajd u għal 7ċ kull kilo fil-każ tal-kapuċċelli. B’hekk, il-prezzijiet ikunu naqsu b’10ċ kull tużżana bajd u 4ċ kull kilo fir-rigward tal-broilers meta mqabbla mal-prezzijiet ta’ Ġunju ta’ din is-sena.

Hu semma li minn survey li sar fl-irziezet kollha reġistrati għat-trobbija tat-tjur u l-produzzjoni tal-bajd jirriżulta li l-qisien tal-gaġeġ li qed jintużaw għat-trobbija tat-tiġieġ għall-produzzjoni tal-bajd jistgħu jibqgħu jintużaw għal dan l-iskop sas-sena 2007. Żied li gaġeġ ġodda li jinxtraw għal dan l-iskop minn wara li jinħareġ Avviż Legali ġdid iridu jikkonformaw mar-regolamenti l-ġodda.

Il-Ministru Zammit enfasizza l-ħtieġa li l-produtturi tat-tjur u l-bajd jirristrutturaw l-operat tagħhom u jżidu fl-effiċjenza biex b’hekk isiru aktar kompetittivi. Hu ħeġġeġ għal aktar indafa u iġjene fl-irziezet. Qal ukoll li hemm xi rziezet li jeħtieġ li jagħmlu alterazzjonijiet u immodernizzar u fakkar fil-Kumitat li twaqqaf dan l-aħħar mill-Awtorità ta’ l-Ippjanar u l-Ambjent biex jitħaffef il-proċess fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp agrikolu.

Hu irrifera wkoll għal-laqgħat li qed isiru bejn il-produtturi, il-proċessuri u l-hatcheries bl-iskop li tkun konsolidata din l-industrija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow