Left arrow Mur Lura

Diskors mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett, waqt il-Ftuħ Ufficjali tal-Multipurpose Hall fl-Universita` ta` Malta

PR1004
Date Icon 19/07/2002

Meta l-Kabinett tal-Ministri iddiskuta l-bini ta` Centri Sportivi Reġjonali, bħal dak li qegħdin inlestu fil-Kottonera, kienet ittieħdet id-deciżjoni li nkomplu nikkonsolidaw Kumplessi Nazzjonali bħal l-Marsa u l-Pixxina Nazzjonali. Ma kienx jagħmel sens li nibdew ħafna facilitajiet ġodda qabel ma` jitlestew dak li darba kien mibdi u ilu jistenna sabiex jitlesta.

L-anqas għadhom għaddew għaxar snin minn meta nbniet il-Pixxina Nazzjonali. Madankollu f’dan il-perjodu qasir rajna t-tlestija ta` facilitajiet oħra, rajna tinbet rebbiegħa ġdida għall-isport tal-ilma.

L-għaqal ta` investiment jista` jitkejjel minn kemm wara li jgħaddu s-snin, dak l-investiment ikompli jagħti frott u kemm ikollu potenzjal għal tkabbir, għall-użu ġdid. Qegħdin naraw din l-parti tal-Kampus issir benniena ta` amministrazzjoni sportiva, ta` taħriġ u kompetizzjoni ta` edukazzjoni sportiva, anke ta` medicina sportiva.

Id-diversita` ta` facilitajiet li issa sar għandu dan il-Kumpless huwa riflessjoni tal-viżjoni tagħna fl-isport li jkollna firxa ta` facilitajiet, li jkunu qrib komunitajiet differenti, li joffru l-possibilita` ta` spazju lill-isport differenti, li ma nħarsux biss lejn il-prattika, t-taħriġ u l-kompetizzjonijiet, imma noħolqu spazju għal amministrazzjoni, għal medicina sportiva u għall-isportivi.

Bil-firxa u diversita’ ta` facilitajiet li għandna u ser ikollna nixtiequ noħolqu opportunitajiet fejn faxex tas-socjeta` li s`issa għadhom ma jipprattikawx xi attivita` partikolari, jsiru attivi. Naf li kien hawn interess enormi għal tlestija ta` din is-sala minn setturi ta` ġinnastika, handball, badminton, basketball, table-tennis u żfin ballroom, jew żfin bil-wheelchair.

It-tlestija ta` din is-Sala swiet Lm600,000. Spiża li nqassmet bejn il-Gvern u l-Universita`. Mat-Lm300,000 oħra ntefqu fuq diversi facilitajiet f’dan il-Kumpless tul dawn l-aħħar tlitt snin. Jien nixtieq nirringrazzja lill-Universita`, li naħseb kien l-ewwel darba li investiet daqshekk f’facilita` sportiva mill-budget tagħha. Ma` l-Universita` wasalna sabiex fi ftit ġimgħat oħra jkollna struttura ta` tmexxija li tagħmel marketing, pjanijiet ta` aktar żvilupp u l-manteniment necessarju sabiex din tibqa` facilita` ta` l-ogħla livell.

Minbarra l-opportunitajiet ġodda għall-isport li ser toħloq, jien konvint li ser issaħħaħ il-kultura għall-isport fost l-istudenti li jgħaddu minn din l-Universita`. Mhux kull Universita` hija mgħonija bil-facilitajiet sportivi li hawn. Għandna għalhekk ir-responsabbilita` li nisfruttaw il-potenzjal għall-edukazzjoni ta` coaches, għal sinerġija ta` courses bejn l-isport u l-management, l-isport u l-medicina.

Dan il-Kumpless issa huwa ħolqa fil-kullana ta` facilitajiet tagħna li għandna u ser ikollna. Facilitajiet li qegħdin jattiraw lejn Malta kompetizzjonijiet internazzjonali ewlenin. Minn hawn u ftit ġranet oħra din is-sala sejra tkun facilita` ewlenija li ser tintuża waqt il-Logħob tal-FISEC, logħob li ser jattiraw lejn il-pajjiż madwar elf barrani. Hija l-firxa u l-livell għoli ta` facilitajiet li għenu sabiex attirajna lejn Malta diversi kompetizzjonijiet internazzjonali li ġabu eluf ta` sportivi li ħallew miljuni ta` liri fl-ekonomija Maltija. Aktar ma nlestu facilitajiet aktar neħtieġu strateġija nazzjonali għat-turiżmu sportiv. Aktar neħtiegu opportunitajiet għat-taħriġ ta` managers sportivi, amministraturi sportivi, coaches. Aktar ser neħtieġu strutturi flessibbli ta` tmexxija. Għalhekk għaddejna l-Liġi tal-iSports mill-Parlament din il-Ġimgħa.

Qabel nagħlaq nixtieq nirringrazzja lill-Periti, project managers, konsulenti u kuntratturi li ħadmu fuq dan il-proġett. Nixtieq nirringrazzja l-istaff tal-Kunsill Malti għall-iSport u d-Dipartiment Żgħażagħ u Sport għal għajnuna loġistika u kull min għen sabiex il-ħolma ssir realta`.

Prim Ministru – Sinjuri

Illum inħossni kuntent, mhux biss għax lestejna proġett ieħor prestiġjuż, imma għax naf li l-viżjoni li għandu dan il-Gvern għall-isports tirrifletti aspirazzjoni tas-socjeta` Maltija għall-isports – bħala mezz li bih insaħħu s-socjeta`, bħala mezz kif nagħmlu l-ħajja tagħna aktar interessanti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow