Left arrow Mur Lura

SE JIĠI RRESTAWRAT IL-BIEB TAL-BOMBI

PR097
Date Icon 30/01/2002

Waqt li kien qed izur xoghlijiet li qed isiru fil-Gnien King George V fil-Furjana, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih iżur dan il-ġnien li qed ikun ristrutturat minn ħaddiema tal-Ministeru għall-Ambjent biex jitgawda mir-residenti tal-lokalità.

Francis Zammit Dimech qal li f'dan il-ġnien, li kien f'lokalità unika u li minnu hemm veduta mill-isbaħ tal-Port il-Kbir u t-tliet ibliet, sar xogħol estensiv ta' ippjanar u upgrading. Ix-xogħol beda fil-bidu tas-sena li għaddiet u mistenni jitlesta f'Marzu.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li x-xogħol qed isir minn ħaddiema ta' l-Uffiċju Ċentrali tad-Distretti fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent. Id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi se jkun responsabbli għat-tagħmir ġdid tal-logħob li se jitqiegħed f'parti prominenti tal-ġnien. L-istess dipartiment se jimmanifattura l-għamara tal-ġnien ħlief għal dwal dekorattivi. Fl-istess ġnien qiegħed isir ukoll xogħol fuq il-public toilets li se jipprovdu faċilitajiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali.

Francis Zammit Dimech qal li dan il-proġett hu stmat li jiswa aktar minn Lm100,000. Ċifra li ma tinkludix salarji u pagi.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Floriana kienet tagħmel ukoll parti mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Floriana. Qal li permezz ta' dan il-Proġett kienu saru tiswijiet ta' bankini, iddaħħlet sistema ta' irrigazzjoni fil-Mall u tlestew tħejjijiet għall-proġett kollu ta' titjib tal-Mall. Ġie restawrat ukoll il-Monument ta' de Vilhena minn Dott. Sante Guido.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Floriana kien se jieħu ħsieb il-pavimentar ta' Pjazza Tonna u se jwettaq xogħol ta' ristrutturar tal-Mall u ta' l-inħawi tal-lukanda Phoenicia. Hu qal li kien se jsir ukoll xogħol ta' restawr fil-knisja ta' Sarria.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li min-naħa l-oħra, il-Unit għar-Restawr fi ħdan il-Ministeru ghal-Ambjent kien diġà wettaq xogħlijiet ta' restawr u tindif tal-faċċati esterni ta' Robert Samut Hall. Issa se jkun irranġat ukoll l-ispazju intern ta' dan is-sit storiku biex jintuża bħala Early Literacy Centre mit-Taqsima ta' l-Edukazzjoni. It-Taqsima tar-Restawr kienet qed twettaq ħidma kbira ta' restawr fil-kumpless ta' l-Ospizio, proġett maqsum f'diversi fażijiet, minħabba l-kobor tal-post li qed jinbidel biex jakkomoda uffiċini, is-sala ghall-konferenzi u l-atelier ta' l-istess Sezzjoni tar-Restawr.

Il-Ministru ghall-Ambjent qal li matul din is-sena l-Ministeru għall-Ambjent kien se jirrestawra Bieb il-Bombi, li kien monument nazzjonali u għalhekk kien jixraqlu l-attenzjoni kollha.

Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern preżenti kien qed jagħti l-importanza kollha li tixraq lil Floriana, mhux biss għaliex hi waħda mill-bliet storiċi ta' pajjiżna, iżda wkoll biex jagħti lill-komunità fil-Floriana l-livell tal-ghajxien li jixirqilha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow