Left arrow Go Back

Tfal Maltin jikkomunikaw ma' tfal fl-Irlanda permezz ta' l-Internet

PR093
Date Icon 29/01/2002

L-iSkola Primarja Francis Ebejer taż-Żurrieq, ingħaqded permezz ta' l-Internet ma' skola primarja oħra fl-Irlanda, bħala parti mill-programm Comenius ta' l-Unjoni Ewropeja. Matul din l-attivita` l-istudenti taż-żewġ skejjel bagħtu informazzjoni dwar l-iskola tagħhom u l-ambjent li jinsabu fih, permezz ta' kollegament dirett u interattiv. L-isem tal-proġett hu "The Immediate Environment" u kien maħsub biex it-tfal jitgħallmu japprezzaw aktar l-ambjent ta' madwarhom, isiru jafu aktar dwar l-ambjent ta' pajjiżi oħra u jitgħallmu jużaw l-aktar teknoloġija moderna biex jikkomunikaw u jiksbu informazzjoni u tagħrif.

L-azzjoni tal-Comenius taqa` taħt il-Programm Socrates u tiffoka fuq l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropeja fl-edukazzjoni primarja u sekondarja. Dan iseħħ permezz ta' proġetti li jinkludu numru ta' skejjel minn diversi pajjiżi Ewropej kemm jekk membri ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk pajjiżi applikanti bħal Malta.

Bħalissa hawn kważi 50 skola li qed tipparteċipa f'dan il-programm u r-riżultati s'issa juru li kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema u l-iskola jibbenefikaw ħafna minn dawn l-esperjenzi.

L-iSkola Primarja Francis Ebejer, taż-Żurrieq qed tipparteċipa f'żewġ programmi, wieħed ma' Belfast u Dublin, u l-ieħor ma' l-Italja u l-Awstrija. Fis-sajf 2000 15-il student mill-Friuli (Italja) ġew Malta u s-sajf ta' wara (2001) 31 student Malti marru l-Friuli. Intant ma' l-Awstrija l-iskambju ta' l-istudenti hu maħsub li jibda mis-sajf li ġej.

Matul il-kollegament awdjo-viżiv ta' dalgħodu, it-tfal Maltin, tkellmu mat-tfal mill-Irlanda ta' Fuq fil-preżenza tal-ġenituri u l-għalliema tagħhom.

Uħud mit-tfal kienu diġa` kkorrispondew permezz tal-posta normali u għalhekk kienet okkażjoni biex it-tfal jerġgħu jitkellmu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, u biex jaraw l-uċuħ ta' dawk li magħhom kienu qed jikkorrispondu.

Dan il-proġett seta` jsir wara li għal dawn l-aħħar snin, il-Gvern wettaq programm ta' komputerizzazjoni fl-iskejjel kollha ta' l-istat.

Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qed iwettaq ukoll programm biex l-iskejjel kollha ta' l-istat ikollhom aċċess għall-internet u kull student ikollhu e-mail u spazju għall-paġna tiegħu personali fuq l-Internet. Dan kollu qed isir biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkollhom it-taħriġ meħtieġ f'dan il-qasam u jkunu ppreparati sew għad-dinja tax-xogħol li qed tistennihom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow