STQARRIJA MILL-MINISTRU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI PROF. JOSEF BONNICI, DWAR L-AHHAR STQARRIJIET TAL-KAP TA’ L-OPPOZIZZJONI DWAR IL-KAZ FREEPORT
Fl-ahhar stqarrija dwar l-estenzjoni tal-krejnijiet tal-Freeport, Dr. Alfred Sant, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni qed ikun malizzjus.
Kemm il-Gvern kif ukoll il-Freeport, u l-Motherwell Bridge diga` taw il-fatti kollha li ghandhom x’jaqsmu ma’ dan ix-xoghol, imma Dr. Sant ghadu johrog b’verzjoni gdida wahda wara l-ohra.
L-ewwel qal li l-Freeport kien ordna krejnijiet godda. Dan mhux veru. Imbaghad qal li dan ix-xoghol jinvolvi spiza ta` Lm6 miljun. Issa accetta li dan ukoll ma kienx veru.
Issa qed jghid li x-xoghol, li jinvolvi biss estensjoni ta` zewg krejnijiet minn sittax li ghandu l-Freeport, jigi jiswa l-istess daqs li kieku l-krejnijiet inxtraw godda. Dan ukoll mhux veru. Krejn mixtri ghaxar snin ilu kien iqum Lm2 miljun.
Nixtieq ghal darb’ohra naghmilha cara li x-xoghol totali involut f’dawn l-estensjonijiet jiswa Lm1.6 miljun. Ix-xoghol li ghandu x’jaqsam ma’ l-azzar huwa ta` 9% biss. Minn dan l-ammont, madwar Lm40,000 setgha jinhadem mill-haddiema tal-Malta Shipbuilding.
Il-Malta Shipbulding, kuntrajru ghal dak li qal Dr Sant, qatt ma ghamlet xoghol ta’ mmuntar ta’ xi parti mill-istruttura tal-krejnijiet fil-Freeport. Meta kien hemm xoghol ta’ din ix-xorta, bhal immuntar ta` krejnijiet ghat-Terminal 2, ix-xoghol inghata mill-Malta Gantry Manufucturing (MGM) lid-ditta Maltija Salv. Bezzina & Sons.
Taht Gvern Nazzjonalista, l-Malta Shipbuilding dejjem marret tajjeb u dan jafuh sew il-haddiema t’hemm. Kien Gvern Nazzjonalista - mhux dak Laburista, li ta l-kuntratt ta’ aktar minn Lm30 miljun ghall-bini tal-vapuri tal-Gozo Channel. Dan il-kuntratt, kif jaf kulhadd, il-Gvern Laburista ipprova jhassru.
Kull darba li Dr. Sant igiddeb is-sewwa maghruf, ikun malizzjuz.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN