Left arrow Mur Lura

SE JIĠI RIABILITAT IL-BUS TERMINUS

PR083
Date Icon 25/01/2002

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li l-Belt Valletta m'għandiex tkun biss post ta' uffiċċji u kummerċ, iżda wkoll post fejn tgħammar komunita' rappreżentattiva tal-poplu Malti kollu. Il-Ministru qal dan waqt li kien qed jinawgura s-Salinos Ground fil-Belt Valletta.

Francis Zammit Dimech qal li għal dan l-iskop, fil-Belt Valletta ma kienx qed isir biss xogħol ta' restawr u riabilitazzjoni, iżda kienu qed jittieħdu wkoll miżuri biex jintlaħaq ukoll l-aspett soċjali. Fil-Belt Valletta nbnew appartamenti ġodda u ġew riabilitati oħrajn, rega' iddaħħal is-suq biex ir-residenti tal-Belt ikunu moqdija aħjar, filwaqt li permezz tal-Kunsill Lokali, qiegħed ikun hemm aktar djalogu mar-residenti biex ikunu magħrufa l-problemi u jinstabu soluzzjonijiet għalihom.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-proġett ta' Salinos Ground ukoll jinkwadra fl-aspett soċjali tar-residenti tal-kapitali Maltija. Francis Zammit Dimech qal li għal dan il-ground, il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent nefaq Lm40,000 biex ipprepara s-sit, għamel fencing ġdid, installa sistema ġdida ta' dwal li kienet tinkludi wkoll l-arbli, u ġew restawrati s-swar u l-gardjola.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta jħares lejn il-proġett tas-Salinos Ground bħala essenzjali fil-programm tieghu ta' riabilitazzjoni. Dan għal żewġ raġunijiet. L-ewwelnett għaliex l-inħawi fejn hemm il-ground jinsabu bejn is-swar tal-Belt u għalhekk kwalunkwe żvilupp irid isir skond kriterji ta' konservazzjoni u ħarsien tal-wirt storiku ta' pajjiżna. It-tieni għaliex hu tajjeb li meta nħarsu lejn r-riabilitazzjoni tal-bliet storiċi tagħna ma mmorrux biss għall-konservazzjoni ta' bini storiku iżda wkoll lejn il-bżonnijiet tal-komunita' biex din tinżamm ħajja. Il-Ministru għall-Ambjent qal li dan kollu kien jinkwadra fis-sehem li l-Ministeru għall-Ambjent ried jagħti sabiex ikun hemm il-faċilitajiet kollha possibbli ħalli l-popolazzjoni tal-lokal ma tħossx li għandha tkompli toħroġ mill-Belt u tmur tgħix f'inħawi oħra tal-pajjiż.

Francis Zammit Dimech qal li biex wasal għal ground, bħall-bqija ta' dawk preżenti, kien għadda mit-terminus tal-karrozzi tal-linja barra Bieb il-Belt. Qal li kull min jgħaddi minn dawn l-inħawi, jinnota l-istat ta' degrad f'dan il-post. Il-Ministru għall-Ambjent fakkar li skond il-pjani li hemm, dan it-terminus ried jinbena mill-ġdid u jmur taħt l-art, biex jingħata nifs ġdid lil dawn l-inħawi. Qal iżda li proġett bħal dan jieħu ż-żmien biex jitlesta u li d-daħla tal-Belt ma setgħetx titħalla fl-istat li hi.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li permezz tal-Unit għall-Ambjent Nadif fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent kien diġa qed isir tindif tat-terminus lejl u nhar. Kienu saru wkoll tiswijiet fil-funtana tat-tritoni li issa qed titħaddem u tinxtegħel b'mod regolari. Qal li kienu tqiegħdu wkoll bins moderni għad-disponiment ta' l-iskart li kienu jitbattlu kemm ikun hemm bżonn. Qal ukoll li l-Ministeru għall-Ambjent kien qed jirriabilita b'mod temporanju l-bus terminus, ħalli dan ma jibqax fl-istat li hu llum. Hu qal li x-xogħol maħsub irid isir mingħajr telf ta' żmien u jinbeda qabel jidħol is-sajf.

Francis Zammit Dimech appella lil kulħadd għall-kooperazzjoni biex it-terminus u d-daħla tal-Belt jinżammu ndaf u biex ma jsirx vandaliżmu minn bins ta' l-iskart.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow