Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-INTERN

PR082
Date Icon 25/01/2002

Il-Ministeru ta’ l-Intern jixtieq ghal darba ohra jenfasizza li, kontra dak li qed jigi insinwat minn kelliema tal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni, il-Kunsill Lokali u mill-Kumitat ta’ Azzjoni, il-decizjoni ta’ l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar dwar l-ippjanar ta’ parti mill-Kalkara assigurat li jigi salvat il-Wied tal-Kalkara u mhux jinqered kif qed jigi allegat.

Bid-decizjoni li hadet, l-Awtorità mhu ser thalli li jsir l-ebda bini fil-wied, minkejja li z-zona ilha indikata li fiha jista’ jsir zvilupp sa mis-snin sittin. Il-proposta l-gdida hija differenti mill-proposta originali li kienet ghaddiet mill-Parlament fl-1988 li kienet ser twassal biex jinbena nofs il-Wied.

Minn dak il-pjan, il-proposta riveduta ta’ l-Awtorita` naqset konsiderevolment l-ammont ta’ art mahsub ghall-izvilupp u fil-fatt gie propost li iktar minn 12,000 metru kwadru ta’ art fil-wied jinhargu miz-zona ta’ zvilupp biex l-art tibqa’ fl-istat naturali taghha.

Ta’ min jghid li meta hareg l-abbozz tal-Pjan Lokali fl-1997 u dakinhar diga` kien indikat li Site A se tinbena, hadd minn dawk li llum qed jipprotesta ma kien ikkummenta.

Fr. Mark Montebello, li llum huwa wiehed minn dawk li qed jipprotestaw, dak iz-zmien kien qal li l-pjan kien "ezercizzju ta’ ippjanar serju". Mhux maghruf x’inbidel minn dakinhar. Illum Fr. Montebello qed jiddefendi l-interessi ta’ bidwi li approprja ruhu minn art li mhix tieghu wara li kien diga` ppubblika l-Abbozz tal-Pjan Lokali u ghalhekk kien jaf li hemmhekk kellu jinbena. Ta’ min jghid ukoll li l-istess persuna bniet illegalment, tant li l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar kienet harget avviz ta’ twettieq (enforcement notice).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow