Devoluzzjoni fil-Mellieha
"Il-Kunsilli Lokali f’pajjizna qajmu sens ta’ kultura civika, kif ukoll qed jahdmu biex isahhu l-identita’ kulturali ta’ pajjizna." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, meta llum ppresieda cerimonja li fiha gie iffirmat il-ftehim li permezz tieghu l-Gvern ghadda shelters ta’ zmien il-gwerra lill-Kunsill Lokali tal-Mellieha. Waqt din l-istess attivita’ il-Kunsill Melliehi nieda wkoll pubblikazzjoni dwar din il-lokalita’.
Il-Ministru Gatt irrefera ghall-fatt li kemm ilhom jezistu l-Kunsilli Lokali nibet interess fil-lokalitajiet, u l-Kunsilli Lokali ghamlu investiment ta’ natura kulturali li huma mportanti hafna ghall-gid u l-futur ta’ pajjizna.
Dr. Gatt irrefera ghal-process ta’ devoluzzjoni, bhala turija ta’ fiducja fil-Kunsilli. "Nemmnu li l-Kunsilliera jafu kif jaghrfu jamministraw ahjar il-proprjetajiet devoluti lilhom fl-ahjar interess tal-kommunita’ taghhom" kompla Dr. Gatt. Huwa fahhar lill-Kunsill tal-Mellieha li kellu erba’ proprjetajiet devoluti lilu. Dawn jinkludu: librerija, ix-xaghra tat-tunnara, gnien pubbliku u llum dawn is-shelters. Erba’ proprjetajiet li qed jintuzaw ghal skopijiet differenti b’risq il-gid tal-kommunita’ tal-lokal.
Il-Ministru Gatt sahaq fuq l-importanza li fl-elezzjonijiet ta’ Marzu li gej kulhadd imur jivvota biex jeleggi lir-rapprezentanti tieghu fil-lokalita’. Il-Kunsilli Lokali ser ikomplu jissahhu kemm bil-fondi, fejn ghal sena ohra l-Gvern rega’ ziedhom, kif ukoll b’aktar devoluzzjonijiet, kif ukoll bil-provedimenti ta’ servizzi elettronici lill- poplu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN