Left arrow Go Back

ART MITLUQA FIL-BIRGU SE TINBIDEL F'POST TA' RIKREAZZJONI

PR069
Date Icon 24/01/2002

Biċċa art kbira li testendi minn ħdejn l-Iskola Primarja Santu Rokku sa qrib il-Kulleġġ De La Salle fil-Birgu, u li ilha għal żmien twil mitluqa w abbandunata se tkun żviluppata f'post ta' rikreazzjoni u mistrieħ, permezz ta' proġett li qed isir mill-Kunsill Lokali tal-Birgu bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd, u l-Ministeru għall-Ambjent. Dawn l-inħawi huma l-uniku post barra s-swar tal-Birgu fejn in-nies tal-lokalità jistgħu jirrikreaw ruħhom. Huma wkoll l-unika green area li fadal fil-Birgu.

Dan sar magħruf waqt żjara li saret f'dan il-post, magħruf bħala Fuq il-Glasè, mill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, Ninu Zammit il-bierah fil-ghodu. Bħala parti mill-proġett bħalissa qed isir żbir minn ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ta' kwantità kbira ta' siġar li ilhom miżrugħa hemm is-snin.

Il-Ministru Zammit faħħar l-inizjattiva li qed tittieħed mill-Kunsill Lokali tal-Birgu biex dawn l-inħawi naturali jingħataw dehra ġdida u qal li l-Gvern hu impenjat li jgħin f'inizjattivi bħal dawn, li jagħtu nifs ġdid lill-ibliet u l-irħula.

Filwaqt li fakkar li mindu twaqqfu, il-Kunsilli Lokali rċevew mhux anqas minn Lm68 miljun f'fondi mingħand il-Gvern biex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma fil-lokalità tagħhom, il-Ministru Zammit qal li minbarra din l-għajnuna, il-Gvern baqa' u se jkompli jgħin lill-Kunsilli b'mezzi oħra bħalma qed isir fir-rigward ta' dan il-proġett.

Hu żied li l-Birgu, minbarra li hu t-tieni l-eqdem belt f'Malta, bħall-Imdina hu ġawhra ta' wirt storiku u għaldaqstant jeħtieġ attenzjoni partikolari. Hu qal li kien għal din ir-raġuni wkoll li l-Gvern, mill-1994 mindu twaqqaf il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, investa aktar minn Lm400,000 oħra f'xogħlijiet ta' riabilitazzjoni u restawr f'din il-lokalità. Fosthom kien hemm it-tindif u r-riabilitazzjoni ta' diversi shelters tal-gwerra u l-foss ta' Couvre Porte biex b'hekk setgħu jinfetħu bħala attrazzjoni għall-pubbliku.

Il-Ministru Zammit wera t-tama li jkomplu jiżdiedu l-imsaġar u l-postijiet ta' rikreazzjoni fil-lokalitajiet kollha u li dawn jibqgħu jinżammu fi stat tajjeb ħalli jkunu jistgħu jitgawdew mill-ġenerazzjonijiet tal-futur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow