IL-BALLU TAL-PRESIDENT ISSA DAĦAL FIT-TMIEN SENA KONSEKUTTIVA TIEGHU
Ix-xahar id-dieħel, għat-tmien sena konsekuttiva, il-Malta Community Chest Fund, se terġa' torganizza l-Ballu tal-President. Bħalissa għaddejjin diversi thejjijiet għal dan il-ballu li se jsir fis-Sala tal-Gran Kunsill fil-Palazz, il-Belt nhar is-Sibt 16 ta' Frar 2002 u jibda fit-8.00 ta' filgħaxija.
Il-Ballu tal-President jifforma parti mill-kalendarju t'attivitajiet varji li torganizza l-Malta Community Chest Fund, tul is-sena kollha bil-għan li jinġabru fondi b'risq individwi u soċjetajiet filantropiċi fil-bżonn.
Il-biljetti tal-Ballu se jkunu għall-bejgħ mill-ġimgħa d-dieħla mill-uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund, il-Palazz il-Belt, bejn it-8.00 a.m. u nofsinnhar. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' wkoll iċempel fuq in-numru 2124 0568.
Kull biljett jiswa Lm 25.00 u d-dħul kollu jmur b'risq il-Malta Community Chest Fund.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN