Left arrow Mur Lura

RAPPORT DWAR L-EFFICJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI

PR060
Date Icon 22/01/2002


Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ippubblika u qed iqassam lill-Kunsilli Lokali it-tieni Rapport għas-sena 2001 dwar l-Effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali li jkopri l-perjodu April - Lulju 2001.

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali poġġa r-Rapport fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti l-bieraħ, it-Tnejn 21 ta' Jannar 2002.

Ta' min jgħid li din is-sena 2002 rat il-bidu tat-tmien sena minn meta bdew isiru dawn ir-Rapporti ta' Effiċjenza tal-Kunsilli Lokali, filwaqt li dan huwa t-tnejn u għoxrin Rapport li qed jitressaq fil-Kamra tar-Rappreżentanti.

Fir-rapport wieħed jista' janalizza fid-dettal ir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet li saru bejn April - Lulju 2001, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu Mejju - Lulju 2000, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali f'Malta jew f'Għawdex, jiddependi l-każ.

Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jisħaq li l-iskop ewlieni ta' dawn ir-Rapporti huwa li jgħin lill-Kunsilli Lokali jtejbu d-dehra ambjentali u infrastrutturali tal-lokal tagħhom, u huwa dejjem għad-dispożizzjoni tagħhom biex jidħol fid-dettal magħhom sabiex l-għanijiet imsemmija jintlaħqu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow