L-Eżamijiet ta' l-A.E.B. jistgħu isiru minn 'Private Candidates'
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jinforma lill-istudenti nteressati li japplikaw ghall-ezamijiet tal-AQA (AEB) bhala studenti privati (Private Candidates) li issa rega’ sar possibli li jaghmlu dan. Ghaldaqstant id-data tal-gheluq ta’ l-applikazzjonijet qed tigi estiza mill-Gimgha 18 ta’ Jannar sal-Gimgha 25 ta’ Jannar 2002.
Dan sar possibli wara li l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni ntervjena ma’ l-AQA - l-Istituzzjoni li tamministra l-ezamijiet tal-AEB - li kienet bidlet ir-regolamenti minghajr ma tat avviz sufficjenti. Il-Ministeru ikkontenda maghha li ma kienx gust li r-regolamenti jinbidlu matul il-perjodu tal-kors minghajr avviz fit-tul.
Kienet l-AQA li ddecidiet li zzomm studenti privati milli jirregistraw maghha. Dan laqat b’mod hazin numru konsiderevoli ta’ studenti li waslu biex jispiccaw it-tieni sena ta’ studju f’livell avvanzat. Kien biss wara l-intervent tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni li l-awtoritajiet tal-AEB accettaw li l-istudenti Maltin ikunu eligibli li jirregistraw maghhom bhala studenti privati ghall-ezamijiet li se jsiru fis-Sajf 2002 u anke f’dak ta’ l-2003. Mis-sena 2004 mhux se jkunu accettati applikazzjonijiet mill-AEB jekk mhux imressqa minn istituzzjoni edukattiva.
L-applikazzjonijiet ghandhom jidhlu jew fid-Dipartiment ta’ l-Ezamijiet, il-Furjana jew fic-Centru ta’ l-Ezamijiet, Victoria Ghawdex. L-applikazzjonijiet jintlaqghu kuljum bejn it-8.00 a.m. u l-4.30 p.m.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN