IMPORTAZZJONI TA' ĊANGA
PR057
21/01/2002
Id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji javża li ċanga friska jew iffriżata tista' tkun impurtata mill-Awstralja, minn New Zealand u mill-Istati Uniti ta' l-Amerika mingħajr restrizzjonijiet ta' età fil-ħin tal-qatla. L-importazzjoni minn pajjiżi oħra għadha ristretta għal età ta' mhux aktar minn 24 xahar fiż-żmien tal-qatla u dan irid ikun ċertifikat li hu hekk b'mod uffiċjali.
L-importaturi għandhom jikkonsultaw mad-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji biex jassiguraw li m'hemmx restrizzjonijiet oħra relatati ma' mard ieħor.
Sadattant, tneħħew ir-restrizzjonijiet li kien hemm fuq importazzjoni mir-Renju Unit minħabba l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN