XOGĦLIJIET FIĊ-ĊENTRU TA' L-UNIVERSITA' F'GĦAWDEX
Bħalissa fiċ-Ċentru li l-Universita' għandha f'Għawdex għaddej xogħol intensiv ta' manutenzjoni u tisbiħ kemm internament kif ukoll esternament.
Iċ-Ċentru ta' l-Universita' f'Għawdex, li jinsab fix-Xewkija, jilqa' fih medja ta' madwar 250 student fis-sena. Dan ic-centru joffri korsijiet li jvarjaw minn Short Courses kif ukoll studji li jwasslu għal Ċertifikat, Diploma, Baċellerat u anke dawk li jwasslu għal Masters in Education. Dan ta' l-aħħar huwa offrut f'dan iċ-Ċentru biss u studenti minn Malta qed jaqsmu lejn Għawdex għal-lezzjonijiet. Iċ-Ċentru huwa ospitat f'binja mibnija oriġinarjament f'nofs is-seklu tmintax, u kienet inawgurata uffiċjalment bħala Ċentru ta' l-Universita' f'Għawdex mill-Prim Ministru f'Mejju 1996.
Bħalissa għaddejja ħidma ntensiva mill-ħaddiema tal-Construction and Maintenance Unit fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sabiex isir tikħil u żebgħa mill-ġdid tal-propjeta' kollha minn ġewwa kif ukoll xogħol ta' pointing minn barra. Ix-xogħol qed jiġi ko-ordinat mis-Sur Paul Lanzon, uffiċjal inkarigat Construction and Maintenance Unit fi ħdan id-Dipartiment Proġetti u Żvilupp, Ministeru għal Għawdex.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN