Left arrow Go Back

Il-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada - Xogħol għaddej b'ritmu tajjeb

PR050
Date Icon 18/01/2002

Wara li l-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada (Foundation for tomorrow's Schools), issottomettiet l-applikazzjoni tagħha għall-iżvilupp ta' skola sekondarja ġdida fil-Karwija limiti ta' Ħal-Kirkop, fl-aħħar ta' dan ix-xahar ser issir diskussjoni pubblika dwar l-Impatt Ambjentali (Environmental Impact Assessment).

Dan habbru l-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea waqt żjara li għamel fl-iSkola Primarja George Schinas ta' Ħal Luqa. Il-Ministru Louis Galea żar l-iskejjel tas-Siġġiewi, Żebbuġ, Mqabba, Safi, Luqa u l-iskola San Franġisk t'Assisi Sta. Venera biex isegwi xi proġetti li fuqhom qed taħdem il-Fondazzjoni.

Flimkien mal-Ministru kien hemm il-Kap tal-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada, l-Perit Dr. Conrad Thake u d-Direttur ta' l-Ippjanar u Żvilupp Infrastrutturali, s-Sur Joseph Magro.

Il-Perit Thake qal li bħalissa qed ikunu mpjegati persuni biex jimlew pożizzjonijiet ewlenin fi hdan il-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada u hemm il-ħsieb li fil-ġejjieni qrib, issir konferenza għall-kapijiet ta' l-iskejjel biex il-Fondazzjoni tippreżenta l-programm ta' xogħlijiet li ser twettaq tul ix-xhur u s-snin li ġejjin.

Il-Ministru qal li xogħol il-fondazzjoni hu li taċċellera l-proċess ta' bini, estenzjonijiet u maintenance fl-iskejjel kollha ta' l-istat biex fl-aqsar żmien possibbli l-iskejjel ikollhom l-ambjent ideali li fuqu jisħaq il-Kurrikulu Nazzjonali.

Il-Ministru qal li sa mill-bidu ta' Awissu 2001 beda x-xogħol ta' tkabbir u rinnovament ta' l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa. L-ewwel fażi li qed tkun eżegwita fil-preżent tikkonsisti f'xogħlijiet ta' ġebel u konkos.

Dawn jinkludu t-tkabbir tal-klassijiet eżistenti, tibdil tas-soqfa kollha u żieda ta' sular sħiħ fuq il-bini kollu. Se jinbena wkoll blokk ġdid għall-attivitajiet kurrikulari, multi-purpose hall kif ukoll jinħolqu spazji ġodda għar-rikreazzjoni. Il-Fażi ta' wara tikkonsisti f'xogħlijiet ta' servizzi elettriċi u mekkaniċi filwaqt li t-tielet fażi tinvolvi x-xogħlijiet ta' finitura.

Filwaqt li qed isiru dawn ix-xogħlijiet, biex jinħoloq l-anqas inkonvenjent possibbli għat-tfal, il-kap ta' l-iskola għamlet arranġament mal-Parroċċa tal-lokal biex numru ta' tfal jattendu l-iskola f'post tal-Parroċċa stess. B'hekk ix-xogħlijiet li qed isiru jkunu limitati f'żoni partikolari ta' l-iskola fejn m'hemmx studenti u għalhekk qed ikunu mnaqqsa l-perikli.

Ix-xogħlijiet fl-iskola ta' Ħal-Luqa se jippermettu li jinħolqu 24 klassi ta' daqs adegwat, librerija, klinika, staff-room, kmamar addizjonali għall-amministrazzjoni, music room u sala għad-drama b'faċilitajiet anċillari.

Fl-iskola ta' Ħal-Luqa se tkun investita s-somma ta' Lm 870,000 u x-xogħlijiet kollha huma mistennija li jitlestew sa' l-aħħar tas-sena d-dieħla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow