KONFERENZA TAL-PLENIPOTENZJARJI DWAR IL-PROTOKOLL TA' EMERĠENZA TAL-KONVENZJONI TA' BARĊELLONA
Il-Gvern ta' Malta qed jospita l-Konferenza tal-Plenipotenzjarji dwar il-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni għall-Ħelsien mit-Tniġġiż minn Vapuri u biex Niġġieldu t-Tniġġiż tal-Baħar Mediterran minn Żejt u Sustanzi Tossiċi f'Każi ta' Emergenza. Din il-Konferenza, li qed tkun organizzata mill-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP), se tiltaqa' nhar il-Ħamis, 24 ta' Jannar 2002, fil-Lukanda Phoenicia. Il-Ministru għall-Ambjent, Dr Francis Zammit Dimech u l-Co-ordinatur tal-MAP, M. Lucien Chabason, li se jirrapreżenta lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-UNEP, se jagħmlu diskors tal-ftuħ. Il-Konferenza se teżamina u taddotta l-Abbozz tal-Protokoll.
L-iffirmar ta' l-Att Finali u l-Protokoll se jsir fil-Palazz Presidenzjali fil-belt Valletta, nhar il-Ġimgha, 25 ta' Jannar 2002. Il-President tar-Repubblika, l-E.T. il-Professur Guido de Marco se jiltaqa' mad-delegati li se jattendu l-konferenza, fil-Palazz wara ċ-ċerimonja ta' l-iffirmar.
Qabel ill-Konferenza tal-Plenipotenzjarji, bejn il-20 u 22 ta' Jannar 2002, se tinżamm f'Malta t-Tielet Laqgħa ta' l-Esperti Nazzjonali, Legali u Tekniċi, dwar ir-Reviżjoni tal-Protokoll.
Għal din il-Konferenza se jkunu preżenti rappreżentanti minn 21 pajjiż li jisporgu fuq il-Baħar Mediterran, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) u mill-MIO ECSDE.
Mill-Ħadd, 20 ta' Jannar sal-Ġimgħa, 25 ta' Jannar 2002 se jiġu provduti faċilitajiet għall-media fin-Knights Room tal-Lukanda Phoenicia.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN