JINHATAR PRIM IMHALLEF GDID
Il-bierah, l-E.T. il-Prof. Guido de Marco, President ta' Malta ta l-ġurament tal-ħatra lill-Onor. Imħallef Dr. Noel V. Arrigo, B.A., LL.D., bħala l-Prim Imhallef il-ġdid tal-Qrati Maltin. Il-kariga tiegħu tibda tgħodd b'effett mill-bierah il-Ħamis 17 ta' Jannar 2002.
Il-President Guido de Marco filwaqt li rringrazzja lill-Imħallef Dr. Joseph Said Pullicino għal ħidma tiegħu fil-kariga ta' Prim Imħallef iddeskrivih bħala eżempju li l-ġudikatura għandha ssegwi. Il-President fisser ir-rwol importanti li se jkollu l-Prim Imħallef il-ġdid, l-Unur Tiegħu Noel V. Arrigo, fi ħdan il-ġudikatura Maltija.
Il-President qal li l-kodiċi ta' etika għall-ġudikatura qiegħed hemm biex ikun osservat fl-interess tas-soċjeta', tal-integrita' u tal-fiduċja li ċ-ċittadini Maltin għandhom ikollhom fl-istess ġudikatura. Fi kliem il-President, "Il-ġudikatura tirrappreżenta mhux poter iżda organu importanti ta' l-istat u hija bażilari għas-saltna tad-dritt."
Preżenti għaċ-ċerimonja, flimkien ma' l-President u l-Prim Imħallef Dr. Noel V. Arrigo kienu preżenti wkoll il-Prim Ministru l-Onor. Dr. Eddie Fenech Adami; l-ex Prim Imħallef Dr. Joseph Said Pullicino u l-Ministru tal-Ġustizzja l-Onor. Dr. Austin Gatt. Flimkien magħhom, l-Avukat Ġenerali Dr. Anthony Borg Barthet, ir-Reġistratur tal-Qrati kif ukoll il-familjari ta' l-Onor. Imħallef Dr. Noel V. Arrigo.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN