Left arrow Mur Lura

JUM IS-SIĠAR 2002 IMFAKKAR F'GĦAWDEX

PR043
Date Icon 17/01/2002

Bħal kull sena, f'dawn iż-żminijiet jiġi mfakkar Jum is-Siġar f'Għawdex. L-attivita` kommemorattiva saret illum, il-Ħamis, 17 ta' Jannar permezz ta' programm għall-istudenti u taħwil ta' siġar fil-Port ta' l-Imġarr, Għajnsielem.

Fid-diskors tagħha ta' l-okkażjoni, il-Ministru għal Għawdex tkellmet dwar l-importanza ta' ambjent nadif u allura l-preservazzjoni ta' ambjent naturali b'saħħtu għal ġenerazzjonijiet li ġejjin. "Ambjent nadif huwa wkoll konferma ta' l-impenn li kull wieħed u waħda minnha għandu għall-ħarsien ta' dak kollu li hu ta' pajjiżu, ta' dak kollu li hu tal-lokalita` tiegħu, ta' dak kollu li hu tiegħu".

Hija saħqet fuq id-dover ta' kull wieħed u waħda minna li mhux biss għandu jfittex li jikkonserva, jippreserva u jippromwovi ambjent naturali mill-isbaħ, imma wkoll li jżomm ta' madwaru ta' l-inqas sabiħ daqs kemm sabu, possibilment anke isbaħ.

Il-Ministru Debono rreferiet għal din is-sena li għadha kemm inbdiet, li hi sena rikonoxxuta mill-Ġnus Magħquda bħala s-Sena Internazzjonali ta' l-EkoTuriżmu. "B'mod simboliku, l-attivita' ta' dalgħodu turi l-impenn tal-Ministeru tiegħi favur ambjent iktar b'saħħtu u nadif, ambjent li jippresta ruħu tajjeb għal btala fejn il-pakkett offrut ma jkunx jinkludi biss il-faċilitajiet turistiċi eżistenti f'Għawdex imma wkoll il-kampanja rustika u l-widien tagħna". Hija tkellmet dwar il-proġett ta' Country Walks li fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex qed jiġu individwalizzati passaġġi u mogħdijiet fil-kampanja li joffru mixjiet sbieħ għall-viżitatur li jfittex kwiet u serħan il-moħħ. Dan il-proġett, li se jiġi mħabbar fil-ġimgħat li ġejjin, jinkludi wkoll ir-rijabilitazzjoni ta' dawn ir-rotot.

Fi tmiem id-diskors tagħha l-Ministru għal Għawdex irringrazzjat lil dawk kollha preżenti tal-kollaborazzjoni tagħhom matul is-sena sabiex Għawdex jinżamm f'ambjent nadif u jingħatalu r-rispett li jixraqlu f'dan ir-rigward.

Waqt l-attivita` tkellem ukoll is-Sindku tal-Lokalita` ta' Għajnsielem, is-Sur Frans Cauchi. Inqraw ukoll poeżiji dwar is-siġar u l-ambjent minn tfal ta' l-Iskola Primarja Għajnsielem u fl-aħħar tal-programm, saret donazzjoni ta' xtieli lill-iskola Primarja ta' Għajnsielem. Fl-okkażjoni ta' dan il-jum, ġew imħawla wkoll tnax-il palma tul il-Promenade tal-Port ta' l-Imġarr.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow