STQARRIJA MILL-MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, L-ONOR. LAWRENCE GONZI, BI TWEGIBA GHAL DAK LI QAL IL-KAP TA’ L-OPPOZIZZJONI, L-ONOR. ALFRED SANT, DWAR L-ISKANDLU TAL-‘LAY LAY’
F’dawn l-ahhar granet il-Kap tal-Oppozizzjoni tkellem dwar iskandlu tal-Lay Lay u sostna li din kienet montatura.
Huwa car ghal darb’ ohra li meta l-Partit Laburista u l-Kap tal-Oppozizzjoni jsibu ruhhom f’kantuniera, assedjati mill-izbalji politici taghhom stess, huma jippruvaw jizgiccaw billi jghawgu l-fatti u jibdew kampanja mmirata biex timmina lill-persuni nvoluti b’mod mill-aktar personali. Dan jaghmluh billi jinfexxu f’attakki bla razan li tipikament huma nieqsa minn kull limitu morali, minn kull sens ta’ etika, u minghajr ebda rispett lejn il-verita’.
Irrid ghalhekk infakkar lill-pubbliku Malti f’uhud mill-fatti li sehhew matul it-22 xahar li fihom kien Prim Ministru Dr Sant u li wasslu biex kixfu storja mhawda u misterjuza li llum hi maghrufa bhala l-iskandlu tal-"Lay-Lay".
Qabel xejn, irrid infakkar li fl-14 ta’ Awissu 1998 (jigifieri ftit granet biss qabel l-Elezzjoni Generali li nzammet fil-5 ta’ Settembru 1998) gew iffirmati sitt konvenji ghal valur totali li kwazi jilhaq zewg miljun lira Maltija. Tnejn minn dawn il-konvenji kienu ffirmati mal-kumpannija Lay Lay Co. Ltd u kellhom valur totali ta’ LM 1,400,000.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni qieghed jghid li dawn il-konvenji gew iffirmati fuq insistenza tas-Sur Sciberras Grioli. Ikun ahjar, jekk il-Kap tal-Oppozizzjoni jispjega u jwiegeb ghal dawn il-mistoqsijiet:
- F’dak iz-zmien, l-Onor. Sant kien Prim Ministru u allura kien jaf li hemm regolamenti finanzjarja li jorbtu lill-Awtorita tad-Djar. Jaf ukoll li l-ligi stess tal-Awtorita’ torbotha li ma tistax taghti direct orders li jaqbzu l-valur ta’ Lm 3,000 (Art 18 tal-Kap 261) . Huwa jaf ukoll li bl-iskema li hu kien approva, il-Gvern tieghu effettivament ta direct order ta’ Lm 300,000 lill-kumpannija tas-sur Axisa biex dan jibni sular iehor u jaghmel xoghlijiet strutturali fil-bini li hu stess kien qed ibiegh lill-Gvern. Jidhirlux li dan kien ksur sfaccat tal-ligi ?
- Jafx l-Onor. Kap tal-Oppozizzjoni li fil-mument meta gie ffirmat il-konvenju ma kienx hemm il-permessi kollha mehtiega mill-Planning Authority, u li l-bini li kien ser jinxtara kellu partijiet minnu mibnija mhux skond il-permessi ?
- Jafx ukoll l-Onor Kap tal-Oppozizzjoni li sitt xhur qabel ma gew iffirmati l-konvenji, (precizament fit-13 ta’ Frar 1998), ic-Chairman tal-Awtorita tad-Djar (Victor A. Galea) kien kiteb ittra (a) lid-Direttur fil-Ministeru tal-Finanzi, (b) lid-Direttur tal-Kuntratti, (c) lill-Kummissarju tal-Artijiet u (d) lill-Avukat Generali, biex jiehu l-parir dwar jekk l-iskema "tikkonformax mal-policy tal-Gvern fir-rigward, u mal-ligi; u jekk din l-iskema tipprovdix it-trasparenza mehtiega" ? (Dok A)
- Jafx l-Onor Kap tal-Oppozizzjoni li fis-16 ta’ Frar, irrisponda d-Direttur Generali "Operations" fil-Ministeru tal-Finanzi, li fiha nsista li fejn hemm xoghlijiet xi jsiru, l-ghazla tal-kuntrattur trid issir b’tender ? (Dok B)
- Jafx l-Onor Kap tal-Oppozizzjoni li fit-18 ta’ Frar 1998, l-Avukat Generali wiegeb u fetah ghajnejn l-Awtorita’ li dak li kienu qed jipproponu kien jikser l-artikolu 18 tal-ligi li tirregola l-Awtorita tad-Djar (jigifieri li ma tistax taghti direct orders)? (Dok C)
- Jafx l-Onor Kap tal-Oppozizzjoni li fit-13 ta’ Marzu 1998, id-Direttur tal-kuntratti kiteb li r-regolamenti dwar il-Public Service (Procurement) tal-1996 japplikaw ghal din l-iskema u allura ma setax ikun hemm direct orders ? (Dok D)
- Jafx l-Onor Kap tal-Oppozizzjoni li l-Avukat ta’ l-Awtorita’ kien ta parir fejn iddikjara li jaqbel ma dak li qalu d-Direttur Generali, l-Avukat Generali u d-Direttur tal-Kuntratti u qal car u tond li fl-opinjoni tieghu l-Awtorita’ kellha tevita li s-sid ikun il-Kuntrattur maghzul biex jaghmel ix-xoghol ? (Dok E)
- Jidhirlux il-Kap tal-Oppozizzjoni li hu skandaluz li tibqa’ ghaddej allavolja kellek l-awtoritajiet kompetenti jghidulek car u tond li kont qed tikser il-ligi u r-regolamenti kollha ta’ trasparenza.
- Jidhirlux ukoll li kien skandaluz il-fatt li l-Bord tal-Housing Authority (u mhux is-sur Sciberras Grioli) awtorizza l-iffirmar tal-konvenju mal-Lay Lay Co. Ltd., fil-laqgha li saret fil-21 ta’ April 1998, kontra l-ligi u kontra l-pariri ta’ kullhadd ?
L-Onor Kap tal-Oppozizzjoni ma jistax jahrab milli jwiegeb dawn il-mistoqsijiet billi jwaddab il-ballun f’saqajn haddiehor. Huwa ghamel allegazzjonijiet serji li sal-lum ghadu ma ssostanzjax.
Mill-banda l-ohra jiena infurmat li fid-19 ta’ Dicembru 2001, s-sur Victor Sciberras Grioli minn jeddu ghazel li jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni biex isiru l-investigazzjonijiet necessarji u wiehed jistenna l-ezitu ta’ dak il-process.
Imma sadanittant, il-Kap tal-Oppozizzjoni ghandu d-dmir li jwiegeb dawn il-mistoqsijiet u ohrajn li jistghu jsirulu fuq din il-kwistjoni, li kien responsabbli ghaliha hu bhala Prim Ministru.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN