Diskors mill-Onor Dr. Tonio Borg, Ministru ta’ l-Intern waqt il-ftuh tal-Health and Safety Fair fil-Fair Grounds in-Naxxar – 17 ta’ Jannar 2002
Studji li saru mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha (WHO) juru li madwar id-dinja, kull sena jsiru 250 miljun incident fuq il-post tax-xoghol li jikkawzaw it-telf parzjali jew permanenti ta’ l-abilità biex il-haddiem jaghmel xoghlu. L-istess studju juri li madwar 1.1 miljun haddiem jitlef hajtu minhabba affarijiet konnessi max-xoghol. Kwart minn dawn l-imwiet huma kkawzati direttament minn griehi kkagunati waqt incidenti fuq il-post tax-xoghol. Madwar 160 miljun kaz gdid ta’ mard, huwa attribwit ghal espozizzjonijiet perikoluzi fuq il-post tax-xoghol, dejjem skond l-istudju tal-WHO.
Dawn il-figuri juru li l-korrimenti fuq il-post tax-xoghol ghandhom impatt qawwi fuq is-sahha tal-popolazzjoni dinjija b’mod generali. Il-korrimenti u l-mard ikkawzat mix-xoghol, jew mill-ambjent tax-xoghol ghandhom impatt negattiv fuq il-produttivita’ tal-haddiema kif ukoll fuq il-kwalità tal-hajja taghhom u ta’ dawk li jiddependu minnhom.
Huwa dritt fundamentali ta’ kull haddiem, li jkun jista’ jgawdi l-ahjar livell fis-sahha tieghu, u ghalhekk ghandu jkollu access shih ghas-servizzi tas-sahha u tas-sigurtà fuq il-post tax-xoghol tieghu.
Zviluppi godda fil-qasam tax-xoghol, l-introduzzjoni ta’ teknologiji godda, sustanzi kimici godda, iz-zieda fil-mekkanizzazzjoni u industrijalizzazzjoni fil-pajjizi li qed jizviluppaw, jistghu jwasslu ghal epidemiji godda ta’ mard jew korrimenti relatati max-xoghol.
Fil-principju, il-problemi relatati mas-sahha u s-sigurtà huma affarijiet li wiehed jista’ jipprevenihom. Ghal dan il-ghan wiehed ghandu juza l-ghodda kollha ghad-dispozizzjoni tieghu, kemm dawk legizlattivi, teknici, ta’ ricerka u ta’ edukazzjoni.
Kien ghalhekk li l-Gvern prezenti ppubblika regoli godda relatati ma’ dan il-qasam u waqqaf Awtorità ghas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-post tax-xoghol, biex dan l-aspett ikun regolat ahjar.
Ta’ dan Malta qed tircievi assistenza fuq diversi livelli mill-Unjoni Ewropea, li ta’ min jinnota li tiehu dan l-aspett b’serjetà kbira.
L-ekonomija Maltija ssofri bejn Lm20 u Lm28 miljun fis-sena f’beneficcji u spejjez ohra relatati ma’ korrimenti fuq il-post tax-xoghol. Matul is-sena li ghadha kif intemmet inhargu sebat elef (6976) Injury Benefits ghal persuni li weggghu fuq il-post tax-xoghol taghhom. Dan kien li xpruna lill-Gvern biex jiehu l-mizuri legizlattivi li ha, li wiehed jittama li jibdew jaghtu l-frott mistenni.
Izda s-sahha u s-sigurtà, f’sens aktar wiesgha – u li ghalhekk huwa aktar marbut ma’ l-iskop ta’ din il-fiera – hija responsabbilità ta’ kulhadd.
Hija problema li ghandha dimensjoni kulturali qawwija. Kemm hawn djar f’Malta li ghandhom fire extinguishers u materjal iehor konness mat-tifi tan-nar? Kemm hawn persuni mharrga fil-First Aid? Kemm hawn nies li huma konxji mill-problemi li jipprezentaw dawk l-attivitajiet domestici li hafna drabi nehduhom for granted?
F’dan is-sens ninnota bi pjacir li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, li huwa wiehed mid-Dipartimenti fid-dekasteru tieghi, ghall-ewwel darba qed jiehu sehem f’din il-fiera. Qed ninnota dan b’certu sodisfazzjon, ghax naf li dan id-Dipartiment huwa impenjat bis-shih li jeduka u jqajjem kuxjenza fuq is-sahha u s-sigurtà.
Fil-fatt id-Dipartiment ghaddej bi programm intensiv ta’ wirjiet edukattivi f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Ghawdex, kemm biex juri l-kapacijiet tad-Dipartiment f’dak li ghandu x’jaqsam mat-tifi tan-nar u ta’ salvatagg, izda wkoll biex jaghti taghrif kif wiehed ghandu jevita incidenti fid-dar. Attivitajiet simili li jwettaq dan id-Dipartiment isiru wkoll fl-iskejjel kif ukoll f’postijiet bhal lukandi li fihom jiehdu sehem ukoll entitajiet non-governattivi.
Matul is-sena li ghaddiet id-Dipartiment organizza diversi korsijiet fil-First Aid, fil-Fire fighting, salvatagg baziku u salvatagg fil-bahar, li ghalhom attendew total ta’ 362 persuna.
Dan minbarra x-xoghol normali ta’ dan id-Dipartiment li matul is-sena 2001, issejjah mhux anqas minn 4272 darba fuq incidenti li jvarjaw minn habtiet fit-toroq, incidenti fid-djar, fabbriki u ristoranti, ghal incidenti konnessi ma’ gharghar u kawzi ohra naturali.
Naghlaq billi nappella lill-pubbliku biex jattendi ghal din il-fiera u nsellem lill-partecipanti u nixtiqilhom kull success.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN