DISKORS TA’ L-ONOR. MICHAEL REFALO, MINISTRU GHAT-TURIZMU, FL-OKKAZJONI TAL-PREZENTAZZJONI TAR-RAPPORT DWAR IT-TOURISM CARRYING CAPACITY TAL-GZEJJER MALTIN - MINISTERU TAT-TURIZMU, PALAZZO SPINOLA, SAN GILJAN - IL-HAMIS 17 TA’ JANNAR 2002
Fil-process ta’ l-ippjanar sostenibbli u ekonomiku ta’ l-industrija tat-turizmu hu mehtieg jigi stabbilit il-livell ta’ zvilupp u volum ta’ turisti li jistghu jifilhu l-Gzejjer Maltin.
Dan mehtieg sew biex ma jinhlewx bla bzonn rizorsi umani u finanzjarji skarsi, kif ukoll biex ma jigix okkupat bla htiega l-ispazju ristrett ta’ pajjizna. Raguni ohra hi li ghall-ippjanar ghat-tul u ta’ l-ekonomija taghna numru ta’ sodod zejjed u ta’ turisti akbar milli nifilhu jiswa izjed ta’ deni milli ta’ gid.
Sa’ l-1994 il-politika ta’ l-izvilupp ghall-Gzejjer Maltin konna wassalniha tippermetti biss zidiet fil-kategorija Five Star u f’estensjonijiet relativament zghar ta’ lukandi ezistenti basta jsir titjib, facilitajiet u s-servizzi / sodda.
Dak iz-zmien il-kritika kienet li konna qed insegwu politika elitista u dirigista. Kien hemm min bassar li l-lukandi 5 Star kienu investiment zbaljat u li ser jibqghu vojta.
Kien zmien ukoll li welled dak li llum maghruf The Golden Mile, jew il-firxa ta’ lukandi lussuzi li ghandna mal-kosta mid-Dragonara sal-bajja ta’ San Gorg, zmien li fetah opportunitajiet godda u kbar ta’ xoghol ghaz-zghazagh Maltin u ghamel minn Malta destinazzjoni mfittxija ghall-konferenzi, incentives u s-suq tal-gruppi.
Maz-zmien il-politika tal-Gvern inbidlet u gie awtorizzat zvilupp ta’ kull kwalità u ta’ kull klassi tal-lukandi.
Din l-amministrazzjoni onorat l-impenn ta’ gvernijiet ohra u skond l-ahhar kalkolu hemm mat-8,000 sodda ppjanata li tidhol fis-suq fil-hames snin li gejjin.
Fil-fehma tieghi Malta u Ghawdex m’ghandhomx bzonn aktar investiment fil-qasam tal-lukandi godda. Dan sew ghar-raguni tal-vijabilità kummercjali ta’ lukandi godda kif ukoll ghaliex bin-numru limitat ta’ turisti li Malta tista’ ragjonevolment tiflah, l-istess vijabilità ta’ min illum hu fis-suq tista’ tigi mhedda.
Fl-istess hin jonqosna zvilupp f’aspetti ohra ta’ l-infrastruttura turistika. Qed nalludi ghall-facilitajiet kulturali u sportivi. Ghalhekk jehtieg li nidderiegu l-investiment fit-turizmu lejn dawn l-oqsma. Dan irid isehh b’rispett shih ghall-ambjent, ghan-nisga socjali, biex naqdu ahjar il-htigijiet ta’ l-industrija u tat-turisti, kif ukoll nifthu ghejjun ta’ qligh akbar ghall-gid ekonomiku tal-pajjiz. Jehtieg ukoll li nzommu bilanc bejn dawn l-esigenzi.
Kienu dawn il-fehmiet u thassib li taw lok ghall-istudju li qed nipprezentaw illum.
Jixraq ghalhekk li f’sena, dedikata ghall-Ekoturizmu, invaraw dan ir-rapport li jipproponi direzzjoni u jissuggerixxi l-ghazla programmatika ghall-izvilupp fit-turizmu skond il-principji tas-sostenibilità.
Ghalkemm ir-rapport qed jigi pubblikat illum, dak li jghallem u jipproponi gie formulat f’linja ta’ policies li f’Mejju li ghadda ressaqt lill-Kabinett u kiseb approvazzjoni tal-Gvern.
Minn dak iz-zmien 'l hawn sew l-HCEB, li llum spiccat, kif ukoll l-Awtorità tat-Turizmu, imxew fuq il-linji tal-politika maghzula tal-Gvern.
Din il-politika ma tfissirx friza fuq l-izvilupp fil-qasam tat-turizmu, izda ghazla ta’ xenarju fejn l-izvilupp jigi kontrollat b’mod li dak li jigi awtorizzat jkun ghall-ahjar beneficcju ta’ l-industrija u ta’ min jinvesti fiha.
Din il-politika hi holqa ohra fil-katina ta’ policies ghall-izvilupp sostennibli tas-settur li jwasslu sabiex proposti ghal zvilupp jimxu fuq process ta’ shubija li jinvolvi sew l-Awtorità tat-Turizmu kif ukoll l-Awtorità ta’ l-Ippjanar.
Nghid ukoll li ghall-istess raguni, hlief ghal dak li digà marbutin nikkoncedu, kull incentiv b’rizq il-bini ta’ lukandi godda tnehha.
Biex aktar naghtu hajja u sustanza ghall-politika li ghazilna l-pakkett tal-incentivi, li parti minnu issemma’ fid-diskors tal-budget, l-iskema ta’ self sussidjat, jimmira lejn it-tishih ta’ l-impjant u mhux zieda ta’ lukandi u sodod.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN