TIĠDID TAL-KARTA TA' L-IDENTITÀ F' SANNAT
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta' l-Identità f'Sannat minn nhar il-Ħamis is-17 sa nhar is-Sibt, 19 ta' Jannar 2002.
It-tiġdid tal-Karta ta' l-Identità f'Sannat ser isir fl-Iskola Primarja tal-Gvern, Triq Sannat, Sannat. Fiċ-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta' dik il-lokalità partikolari. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta' l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identità, il-Belt, Valletta jew fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex.
Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta' l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta' l-Identità. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m.
Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qegħdin jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.
Il-Karta ta' l-Identità l-ġdida tkun tista tiġi rtirata aktar 'l quddiem u ser jinħareġ avviż dwar dan.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN