L-E.T. IL-PROF. GUIDO DE MARCO, PRESIDENT TA' MALTA, JINDIRIZZA LILL-KONSLI ONORARJI FL-OKKAŻJONI TA' L-ISKAMBJU T' AWGURI TA' L-EWWEL TAS-SENA
Dalgħodu, l-E.T. il-Prof. Guido de Marco, President ta' Malta, laqa' lill-Konsli Onorarji għall-iskambju ta' l-awguri ta' l-ewwel tas-Sena fil-Palazz, il-Belt Valletta. Id-delegazzjoni kienet imexxija mis-Sur John Gauci Maistre, il-President ta' l-Assoċjazzjoni tal-Konsli Onorarji.
L-E.T. il-President filwaqt li irringrazzja lill-Konsli għaż-żjara tagħhom, fisser kif huma għandhom rwol li jassumi rilevanza ikbar fil-kontest tal-fatt li huma Konsli ta' Pajjiżi li m'għandhomx Ambaxxatur residenti f'Malta.
L-E.T. il-Prof Guido de Marco saħaq li l-Konsli għandhom jeżaminaw metodi ta' kif jistgħu jivvantaġġjaw lil pajjiżna billi jinformaw lill-pajjiżi li huma jirrappreżentaw, bid-diversi aspetti li tista' toffri Malta. Eżempji ta' dawn huma l-Financial Services, il-Port Ħieles u t-Tarzna.
Il-President fisser li kulħadd għandu jħoss ir-rabta ta' solidarjetà internazzjonali. "Din is-sena, hija waħda fejn wieħed jirrealizza l-bżonn li jkun hawn il-Paċi". L-E.T. il-Prof. Guido de Marco fisser kif it-tagħlima tal-11 ta' Settembru 2001 kienet li dak li jiġri f'pajjiz distanti minna jkollu l-effett tiegħu f'pajjiżna wkoll. "Malta timxi 'l quddiem skond kemm hemm paċi madwarna."
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN