Left arrow Mur Lura

T-TAĦRIĠ JGĦIN BIEX IR-RIFORMA FIS-SERVIZZI TAL-KURA TAS-SAĦĦA ISSEĦĦ

PR026
Date Icon 11/01/2002

"It-taħriġ ta' impjegati u professjonisti fil-qasam tas-saħħa huwa ċ-ċavetta tas-suċċess fir-riforma li l-Gvern qiegħed iwettaq fil-qasam tas-saħħa. Għal dan il-għan il-Gvern waqqaf id-'Division of Health Services Management' biex tieħu ħsieb it-taħriġ ta' l-impjegati."

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara meta kien qiegħed jagħlaq simposju 'Towards Evidence-Based Health Care Reform' organizzat mill-Health Services Management Division fl-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa bl-għajnuna tad-Diviżjoni tas-Saħħa u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.

Il-Ministru fakkar kif fl-aħħar snin id-Divizjoni tas-Saħħa pprovdiet taħriġ f'diversi livelli dwar maniġġjar tas-servizzi tas-saħħa għal numru konsiderevoli ta' mpjegati, l-aktar professjonisti. In-numru ta' gradwati b'diploma jew 'masters' qiegħed jiżdied ġmielu. Hu ttamat li aktar professjonisti jagħżlu li jkomplu l-istudji tagħhom biex dak li jkunu tgħallmu ipoġġuh fil-prattika l-aktar meta dawn ikunu qed jokkupaw postijiet kruċjali fil-qasam tal-provediment tas-servizzi tas-saħħa.

"L-isfidi li għandna quddiemna huma kbar. Li tamministra mhix ħaġa faċli. Konvinti li s-suċċess fl-amministrazzjoni ħafna drabi jiddependi fuq il-preparazzjoni, il-kuraġġ u d-determinazzjoni li wieħed irid ikollu biex jegħleb id-diffikultajiet u r-reżistenzi li kull bidla iġġib magħha. L-awtonomija mħabbra s-sena li għaddiet għandha iġġib bidla radikali fil-provediment tas-servizzi tal-kura tas-saħħa. Ġej żmien eċċitanti fejn impjegati fil-qasam tas-saħħa ser tingħatalhom l-opportunità biex ikunu parteċipi f'din il-bidla."

Il-Ministru qal li hu fiduċjuż li dawk preżenti għas-simpożju jemmnu fil-bżonn tal-bidla li r-riforma ser iġġib. Il-Gvern irid jagħmel riforma fil-qasam tas-Saħħa għax verament jemmen li din se tfisser servizz ta' kwalità ogħla għall-pazjenti bħala riżultat ta' aktar effiċjenza fil-kura tas-Saħħa.

Il-Ministru kompla jghid li l-Health Services Management Division permezz ta' riċerka u proġetti dwar maniġjar qegħda tipprovdi evidenza li fuqha jistgħu jittiehdu deċiżjonijiet utli biex problemi jiġu solvuti b'mod proattiv. Sfortunatament bosta drabi jiġri li riċerka u proġetti jiġu mwarrba wara li jkun sar tant xogħol. Is-simpozju tal-lum huwa għodda tajba biex riċerka u proġetti li saru minn studenti jiġu diskussi u ppublikati biex jissarfu f'inizjattivi ġodda bbażati fuq evidenza.

Il-Ministru temm id-diskors billi rringrazzja lil dawk kollha nvoluti fl-organizzazzjoni tas-simpozju. Inizjattivi bħal dawn ikomplu jqawwu d-determinazzjoni tal-Gvern li jġib dawk il-bidliet neċessarji li finalment jissarfu f''kura aħjar għal poplu Malti. Il-Gvern mhux se jaqta' qalbu minn xi diffikultajiet li minn żmien għal żmien jistgħu jinqalgħu. L-appell hu biex kull min hu nvolut jaħdem flimkien, biex ma tintilifx din l-opportunità tad-deheb.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow