SENA INTERNAZZJONALI TA’ L-EKOTURIZMU
Meta l-Ministru ghat-Turizmu Michael Refalo kellem lill-membri tad-media fil-gonna tal-Buskett biex jaghti hjiel dwar il-programm ta’ attivitajiet li l-Gvern hejja ghas-Sena Internazzjonali dedikata ghall-Ekoturizmu, tenna li l-ghazla tas-sit stess kienet mahsuba biex tghin twassal il-messagg lill-poplu Malti.
"Il-gonna tal-Buskett intghazlu mhux ghax qed isir studju bejn l-Awtorita’ tat-Turizmu u l-Ministeru tal-Biedja u Sajd bil-ghan li dawn il-gonna storici jigu rijabilitati, izda ghaliex irridu nghaddu messagg lill-industrija tat-turizmu kif ukoll lill-poplu Malti li Malta u Ghawdex kollu, u mhux biss il-lukandi u z-zoni l-izjed imfittxija mit-turisti, huma l-prodott turistiku li noffru lil min jigi jzurna.
Il-Ministru widdeb li "l-izvilupp bla ma jkunu mharsa l-interessi ta’ generazzjonijiet li jigu warajna, l-izvilupp zejjed u barra minn loku, l-izvilupp mhux marbut mal-principji ta’ sostenibilita’, hu zvilupp li m’ghandniex bzonnu". Il-Ministru sostna li dan il-messagg ser jigi msahhah bl-attivitajiet li l-Ministeru tat-Turizmu hejja ghax-xahar ta’ Jannar.
Il-Ministru Refalo qal li l-Gnus Maghquda ddedikaw is-sena 2002 lill-Ekoturizmu u fdaw lill-UNEP (Programm Ambjentali tal-Gnus Maghquda) u lid-WTO (Organizzazzjoni Dinjija tat-Turizmu) biex jikkoordinaw u jhejju programm fost in-nazzjonijiet tad-dinja.
Aktar tard dan ix-xahar f’New York, il-Gnus Maghquda ser jaghtu bidu ghall-programm ta’ attivitajiet organizzati fuq skala dinjija u lokali biex iwasslu l-messagg u l-ghanijiet ghaliex is-sena 2002 giet dedikata lill-Ekoturizmu.
Fl-2002 jahbat l-ghaxar anniversarju minn meta l-Gnus Maghquda organizzat il-konferenza ta’ Rio dwar l-Izvilupp Sostenibbli. F’Settembru li gej, biex tistharreg x’progress sar mill-1992 `l hawn, il-Gnus Maghquda ser tlaqqa’ konferenza ohra (Rio + 10) f’Johannesburg fl-Afrika t’Isfel.
Matul is-sena 2001 u fl-2002 id-WTO hejjiet ghadd ta’ laqghat regjonali dwar l-Ekoturizmu u go Quebec fil-Kanada, ser jitlaqqa’ Summit tal-pajjizi kollha msehbin f’din l-oghla istituzzjoni tat-turizmu internazzjonali.
"L-attivitajiet li ghalihom qed naghtu bidu llum m’humiex mahsuba semplicement biex jikkontribwixxu ghall-moviment dinji favur l-ambjent, favur il-principji tas-sostenibbilita’, favur il-kuncett tal-Ekoturizmu, izda programm favur Malta u l-Maltin."
Il-logo ghall-programmi ghas-sena 2002 jirrifletti l-kuncett tal-Ekoturizmu. Jinkludi disinn spirali li jinstab fit-tempji, raffigurazzjoni ta’ zewg hutiet imnaqqxa fuq dolmen li nstab fis-sit tal-lukanda Dolmen, il-Qawra; kif ukoll weraq, li flimkien jirrapprezentaw l-istorja, il-bahar u n-natura.
Il-Ministru spjega li ghalkemm koordinat mill-Ministeru tat-Turizmu, il-programm ghas-Sena Internazzjonali ta’ l-Ekoturizmu hu Programm tal-Gvern kollu. "Hi mira kif ukoll xewqa taghna li dan il-programm jithaddan mill-poplu u jsir ukoll il-programm tal-Maltin kollha."
Il-Ministru ta hajr lis-Sur Winston Zahra u lis-Sur Martin Scicluna, il-Co-Chairmen sew tal-Kumitat li qed jikkoordina l-attivitajiet kif ukoll tal-Kumitat ta’ Azzjoni maghmul minn rapprezentanti ta’ kull Ministeru, kif ukoll lis-Sinjuri Frank Pisani u Maria Carbonaro, ufficjali fil-Ministeru tat-Turizmu, li hadu hsieb l-appogg logistiku u amministrativ tal-kumitati.
"Matul din is-sena m’ahniex ser inwettqu rivoluzzjoni fil-hsieb u fl-imgiba tal-poplu Malti. Ser nitfghu z-zerriegha li biz-zmien tikber u tistaghna u tigi milqugha dejjem minn izjed u aktar. Irridu li fejn ghandu x’jaqsam mal-ambjent, mal-kuncett tal-ekoturizmu, u mal-principji tal-izvilupp sostenibbli, li nghalqu l-2002 f’qaghda ahjar minn kif temmejna l-2001."
Il-Ministru Refalo tenna li l-attivitajiet imhejjija mill-Ministeri tfasslu fuq zewg hidmiet paralleli. L-ewwel l-edukazzjoni popolari u t-tieni l-infurzar tal-ligijiet. "Li nedukaw biss m’huwiex bizzejjed. Jehtieg naghtu ezempju wkoll b’min jikser il-ligijiet u jkun hati ta’ tant hsara ghall-ambjent, ghas-sahha tal-poplu u ghas-success tat-turizmu."
Kien ghalhekk, spjega l-Ministru, li l-Pulizija qed issahhah il-kampanja ta’ infurzar kontra r-rimi ta’ skart f’inhawi mhux awtorizzati kif ukoll il-garr ta’ terrapien u materjal iehor minghajr l-ghata li titlob il-ligi, kif ukoll kontra sidien ta’ vetturi li jarmu d-dhahen u n-naqal.
"Nirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija ghall-hidma taghha u nghid li diga’ kien hemm 57 li gew imharrka u ser jitressqu quddiem il-Qrati."
Fl-istess hin f’hidma koordinata bejn il-Ministeri tal-Intern, Biedja u Sajd, Ambjent, Gustizzja u Gvern Lokali u tat-Turizmu qed jithejja programm biex kemm jista’ jkun jitnehhew laned, tankijiet u materjal iehor li jkerrah il-kampanja Maltija. Gew identifikati mal-500 mitt ghalqa.
Il-progetti edukattivi qed jigu mhejjija l-aktar mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u mill-Kunsilli Lokali biex b’hekk jintlahqu sew it-tfal kif ukoll l-akbar firxa wiesgha tal-poplu Malti.
"Inheggeg lill-istampa u lill-medja biex jaghtu l-appogg siewi taghhom favur din il-kampanja edukativa u jghinuna nxandru u nwasslu messagg tant mehtieg ghall-istess gejjieni tal-poplu Malti."
Il-Ministru semma’ li l-hidma koordinata bejn il-Ministeri wasslet sabiex il-Ministeru tal-Finanzi waqqaf premju ghas-Sena Internazzjonali tal-Ekoturizmu li jissarraf f’ghotja ta’ Lm3,000. Il-premju ser jigi prezentat lil NGO li jressaq l-ahjar progett dwar l-ekoturizmu.
"Ghandi l-pjacir inhabbar li l-Kumitat ghazel il-progett prezentat mill-ghaqda BICREF – Biological Conservation Research Foundation li ser itella’ sitt dokumentari dwar l-ibhra madwar Malta, is-sajd artigjanali, l-irdum, il-kampanja Maltija, fauna u flora, passiggati madwar Malta kif ukoll id-denfil.
L-ghaqdiet l-ohra li pprezentaw progetti huma Birdlife Malta, Nature Trust, Din l-Art Helwa, Fondazzjoni Wirt Artna, GAIA Foundation u ECO; u nirringrazzjakom ilkoll.
Meta tkellem dwar il-programm ghall-Jannar / Frar 2002 il-Ministru qal li diga’ kien gie publikat l-ewwel minn serje ta’ artikoli fl-Inflight magazine tal-Air Malta, Malta this month, u nfethu postijiet storici biex jilqghu lil min xtaq izurhom.
Il-bqija tal-programm jidher mill-"information sheet" li tqassmet lill-membri tal-media. Fl-ahharnett il-Ministru habbar li l-Ministeru tat-Turizmu kien waqqaf premju ghall-progett Ekoturistiku biex jintrebah minn operaturi fis-settur.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN