Attivitajiet biex titfakkar il-Gimgha tas-Sigar
L-iSchool Arbor Committee se jorganizza diversi attivitajiet ghall-iskejjel kollha f’Malta bejn l-14 u t-18 ta’ Jannar fl-okkazjoni tal-Gimgha dedikata lis-sigar.
Dawn l-attivitajiet, li jinkludu mixjiet fost in-natura f’erba’ siti differenti, jilhqu l-qofol taghhom f’Jum is-Sigar, fis-16 ta’ Jannar, b’cerimonja ta’ thawwil ta’ sigar f’Pembroke. Il-mixjiet se jsiru fil-Buskett nhar it-Tnejn li gej, f’Bingemma t-Tlieta, f’Wied Ghollieqa l-Hamis u fix-Xemxija u fil-Mizieb nhar il-Gimgha. F’dawn il-mixjiet mistennija jiehdu sehem bejn 200 u 300 tfal ta’ l-iskola.
L-attivitajiet qed isiru bl-iskop li jkabbru l-imhabba tat-tfal lejn in-natura u dan permezz ta’ partecipazzjoni diretta. Lejn tmiem kull sena jitqassmu lill-iskejjel zrieragh u bicciet ta’ pjanti ta’ speci lokali biex jitkabbru mit-tfal infushom. F’Mejju ta’ wara dawn jingabru mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura biex ikomplu jitkabbru fil-mixtla tal-Gvern f’Wied Incita, halli mbaghad ikunu jistghu jithawlu mit-tfal stess f’Jum is-Sigar. Nhar l-Erbgha li gej tfal ta’ l-iskola se jhawlu sigar li jkunu tkabbru fl-iskejjel is-sena li ghaddiet.
L-iSchool Arbor Committee hu maghmul minn rapprezentanti tal-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd, mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u mill-Malta Union of Teachers.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN