Left arrow Mur Lura

TFAL TA’ SKOLASPORT JGHINU LILL-FUNDAZZJONI GAIA

PR013
Date Icon 08/01/2002

Tfal ta’ kull eta’ li jattendu Skolasport gabru s-somma ta’ Lm600 li giet ipprezentata lill-Fondazzjoni GAIA waqt il-Manifestazzjoni Sportiva li saret nhar is-Sibt li ghadda fil-Marsa.

Il-Fundazzjoni twaqqfet fl-1996 u ghandha kuntratt mal-Gvern biex tiehu hsieb tmexxi flimkien mad-Dipartiment tal-Ambjent, zewg postijiet li hemm f’Ghajn Tuffieha u fir-Ramla l-Hamra, f’Ghawdex, fejn jigu preservati s-sigar. Dawn ic-centri huma wkoll postijiet ta’ rikreazzjoni, li fihom ukoll isiru diversi attivitajiet bhal horse-riding, volleyball u sport iehor.

Il-prezentazzjoni saret mill-Onor. Jesmond Mugliett, Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport. L-Onor. Mugliett fahhar din l-inizjattiva ta’ Skolasport biex it-tfal permezz ta’ din il-gabra li ghamlu, saru aktar konxji dwar il-konservazzjoni ta’ l-Ambjent li ghalih tahdem hafna din il-Fondazzjoni. Organizazzjonijiet internazzjonali bhal Kunsill ta’ l-Ewropa qeghdin jippromwovu l-kuncett li l-isport u harsien tal-ambjent ghandhom jimxu id f’id. Kemm l-isport kif ukoll l-ambjent jistghu jghinu sabiex il-bniedem ikun aktar f’sahhtu. L-inizjattiva tat-tfal ta’ Skolasport li jaghmlu gabra sabiex il-flus ikunu nvestiti fit-thawwil ta’ sigar hija msejsa fuq dawn il-hsibijiet. Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett appella lid-diversi ghaqdiet sportivi sabiex jiehdu aktar inizjattivi ghall-harsien tal-ambjent. Dawn l-inizjattivi jistghu jvarjaw minn gbir ghal skopijiet ambjentali, ghal kontroll fuq l-energija wzata waqt attivitajiet sportivi.

Bhala rizultat tal-gabra li saret mit-tfal ta’ Skolasport, issa l-fondazzjoni GAIA se tirriserva post specifikat biex jigu mhawwla madwar 100 sigra jew aktar u dan il-post jigi msemmi bhala ‘Skolasport Grove’.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow