Indirizz ta’ l-E.T. il-Prof. Guido de Marco, President ta’ Malta, Lill-Ambaxxaturi Maltin Waqt ZJARA ta’ kortesija matul Id-Disa’ Laqgha ta’ l-Ambaxxaturi Maltin - Il-Palazz, IL-BELT Valletta - 8 ta’ Jannar, 2002
Nilqaghkom hawn fil-Palazz Presidenzjali waqt din id-Disa’ Laqgha ta’ l-Ambaxxaturi Maltin. Dawn il-laqghat huma utli biex isahhu d-direzzjoni tal-politika barranija Maltija u biex jaghmlu minnha pilastru shih u essenzjali fil-qafas ta’ l-izvilupp ta’ pajjizna.
Ghax l-ambaxxati taghna m’humiex frieghi mbeghda jew distakkati tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, imma huma parti integrali, anzi parti essenzjali mill-process ta’ preparazzjoni u ta’ twettiq tal-politika barranija tal-pajjiz.
L-ambaxxati taghna huma estensjoni shiha tal-valuri u ta’ l-aspirazzjonijiet ta’ pajjizna. L-ambaxxati taghna jghaqqduna mad-dinja ta’ madwarna. Din hija responsabiltà ewlenija li l-pajjiz fdalkom fuq spallejkom. Ghalhekk, tenhtieg il-partecipazzjoni kostanti ta’ l-ambaxxati u l-ambaxxaturi fi hdan strategija organizzata u koordinata tal-hidma tal-Gvern.
Sa mill-Indipendenza, il-poplu Malti, kollu kemm hu, ghamel passi kbar fil-kisba ta’ kwalità ta’ hajja tajba u ta’ livell ta’ ghixien xieraq.
F’dan il-kontest, id-diplomazija Maltija kienet fattur rilevanti fl-izvilupp ta’ pajjizna tul dawn l-ahhar sebgha u tletin sena ta’ Malta Indipendenti.
Sa mill-bidu tal-hidma tad-diplomazija Maltija:
- Malta pproponiet il-principju tar-retagg komuni ta’ l-umanita’ li wassal ghat-tfassil tal-Konvenzjoni fuq il-Ligi tal-Bahar;
- Malta ressqet, fuq l-agenda internazzjonali, koncetti fondamentali fuq liema ghandhom jinbnew il-paci u l-istabilità fir-regjun Ewro-Mediterranju, b’enfazi wkoll fuq il-problema tal-Medju Orjent, specifikatament bejn l-Izrael u l-Palestinjani;
- Malta kellha sehem validu fi hdan organizzazzjonijiet internazzjonali b’inizjativi li wasslu sabiex dawn l-istess organizzazzjonijiet jiksbu rizultati izjed sostanzjali ghall-paci u l-istabilità, principalment fil-kontest tar-rivitalizzazzjoni ta’ l-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Uniti u ta’ aspetti ohra ta’ din l-organizzazzjoni; Malta pproponiet b’success li l-Organizzazzjoni ghas-Sigurtà u l-Istabilità fl-Ewropa (OSCE) tigi dikkjarata bhala l-organizzazzjoni regjonali a tenur tal-Kapitolu VIII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;
- pajjizna fittex u rnexxielu jibni rapporti ta’ hbiberija mal-pajjizi girien taghna u ma’ kull min ried iseddaq il-kooperazzjoni maghna.
Il-politika barranija taghna ghandha impatt qawwi fuq bosta interessi u aspetti domestici taghna. Certament mhix barranija ghall-interessi ta’ l-iStat.
Illum, fuq l-isfond tal-process ta’ globalizzazzjoni u ta’ l-isfond ta’ zviluppi preokkupanti fix-xena internazzjonali, naghrfu izjed minn qatt qabel, l-importanza li l-pajjiz ikompli jkabbar ix-xibka ta’ interessi li jsahhu l-qaghda ekonomika tieghu u li jsahhu l-istabilità politika u socjali ta’ madwarna u lil hinn minna.
Malta, pajjiz li jghix l-appartenenza tieghu fl-Ewropa, id-dar komuni taghna, taghraf ir-rwol taghha f’Mediterran li jhaddanha u temmen f’politika internazzjonali msawra fuq principji bbazati fuq ir-rispett tal-popli, fil-harsien tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem - elementi essenzjali biex tinbena paci b’gustizzja.
F’dan il-kontest kollu, ix-xoghol taghkom ta’ Ambaxxaturi li tirrapprezentaw lil Malta fid-dinja, jassumi importanza u rilevanza aktar markata.
Intom l-Ambaxxaturi - kemm dawk minnkom li huma diplomatici tal-karriera, kif ukoll dawk li gew nominati minn barra s-servizz, irrispettivament mill-esperjenzi professjonali taghkom - bhala parti mill-makkinarju tal-Gvern, tinkorporaw fikom is-serjetà u l-integrità tas-servizz pubbliku.
Bhala individwi li tirrapprezentaw lill-Gvern u lill-poplu Malti; bhala l-oghla awtoritajiet Maltin li tmexxu l-politika tal-pajjiz barra mill-pajjiz, il-kwalitajiet taghkom jiddistingwukom fil-kapacità li taghrfu tiznu l-informazzjoni u tikkoltivaw il-kuntatti sabiex dawn jalimentaw u jinfluwenzaw il-process ta’ formulazzjoni tal-politika barranija Maltija.
Intom bhala Ambaxxaturi, f’idejkom tinsab ir-responsabilità tax-xoghol politiku u tal-kuntatti politici, kuntatti li jissarfu fi hbiberija u rieda ghal kooperazzjoni vera bejn l-awtoritajiet tal-pajjizi rispettivi - kuntatti li, minn kooperazzjoni politika, iwasslu ghal kooperazzjoni ekonomika u dik f’oqsma ohra. Ghandkom ukoll ir-responsabilità li tfittxu li jinholqu opportunitajiet ghall-kummerc u l-investiment.
Dan l-ahhar aspett huwa element determinanti ghar-rilevanza ta’ ambaxxata fid-dinja ta’ llum. Il-bzonn li jintuzaw l-ambaxxati taghna biex ikattru l-esportazzjoni minn Malta, biex ihajru l-investiment f’pajjizna, biex jigu wzati t-tarznari u l-Port Hieles taghna, biex isahhu r-relazzjonijiet ekonomici ma’ pajjizi ohra - dawn fatturi li ghandhom importanza xi drabi daqs id-dimensjoni politika.
Huwa wkoll kompitu taghkom dak li zzommu kuntatt mal-Maltin li jghixu lil hinn minn xtutna. Hu ghaqli li fil-kors tad-diskussjoni taghkom tistudjaw il-bzonn li jkun hemm organizzazzjoni li thares ’il Malta u lil hinn minnha, tibnu xibka ta’ interessi bejn il-komunitajiet Maltin. B’hekk, l-Ambaxxati u l-Konsolati taghna joholqu element veru ta’ rabta.
F’izjed minn sentejn u nofs tal-Presidenza tieghi, kelli l-opportunità li naghmel numru ta’ viziti statali u ufficjali u zjarat ohra ta’ xoghol f’bosta pajjizi. L-ambaxxaturi u l-ambaxxati kif ukoll il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin kienu ta’ ghajnuna essenzjali fil-preparamenti u waqt l-istess zjarat.
Zjara tal-President tar-Repubblika tissottolinea r-rapporti ta’ hbiberija u ta’ kooperazzjoni fuq l-oghla livelli politici. Zjara tal-President f’pajjiz barrani hija stimolu sabiex ikomplu jissahhu r-relazzjonijiet politici u ekonomici ma’ pajjizna.
B’ghaqal u b’impenn, pajjizna ghandu jkompli jibni fuq din il-kooperazzjoni u hbiberija politika - rizultat ta’ vizita Presidenzjali - biex isib twieqi ta’ opportunità li jwasslu lill-Gvern u entitajiet ohra Maltin biex jiksbu dejjem izjed rizultati tangibbli.
Jiena nemmen li l-Ambaxxaturi ghandhom ukoll ir-responsabilità li jrawmu u jghaddu l-esperjenza taghhom lid-diplomatici zghazagh - id-diplomatici li ghada se jkunu responsabbli ghat-twettiq tal-politika barranija Maltija. Kburin li tirrapprezentaw lir-Repubblika u lill-poplu Malti kollu, fix-xoghol diplomatiku taghkom, intom ghandkom id-dover:
- li tassiguraw li pajjizna jkollu rilevanza li tixraqlu fil-kamp internazzjonali;
- li tibqghu dejjem konxji ta’ l-identità, tal-kultura u ta’ l-istorja tan-nazzjon Malti;
- li tkunu intellettwalment preparati u stimolati biex tfittxu fil-pajjizi u l-organizzazzjonijiet li ghalihom intom akkreditati, punti ta’ konvergenza, aspetti ta’ interess, opportunitajiet li minnhom pajjizna jista’ javvantagga ruhu;
- li taghrfu tkunu pont ta’ ftehim u ta’ paci ma’ pajjizi ohra.
Fuq kollox, ilkoll naghrfu li l-Gvern u l-poplu Malti qed jaghmel investiment sinjifikanti fikom u fl-Ambaxxati taghna, partikolarment fid-dawl tar-rizorsi ta’ pajjizna. Nahseb li dan huwa investiment li dejjem ghandu jrendi izjed.
Fil-kontest tar-rwol tad-diplomatiku, hu interessanti dak li kiteb Abba Eban fil-ktieb tieghu Diplomacy for the Next Century:
"The diplomat is the bearer of a view of the outside world which his fellow citizens cannot always follow or accept. The task of peacemaking demands the intellectual gift of seeing all around a problem, leaving no element out of account, and estimating all the elements in their relative proportions. It requires the moral gift of an attitude that favors compromise, the taking of long views, and working for distant ends."
Id-diplomazija hija arti fost l-izjed li tista’ taghti sodisfazzjon. Hija arti li tirrikjedi impenn kostanti. Hija hidma necessarja ghal pajjiz li jaspira li jkompli jkabbar il-firxa tal-prezenza tieghu internazzjonalment. Huwa kamp li jaghtikom lok ghall-kreatività - kreatività ta’ inizjativi li jivvalorizzaw lil Malta u lill-Maltin.
B’dawn il-hsibijiet li ghadni kemm qsamt maghkom, nawgura lilkom u lill-kollaboraturi taghkom, hidma denja ta’ pajjizna, u nawgura s-sena t-tajba lilkom u lill-familji taghkom kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN