Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, L-Onor. Dr. Joe Borg, fid-Disa' Laqgha ta' l-Ambaxxaturi f'Malta – PALAZZO PARISIO, VALLETTA - 8/10 Jannar 2002

PR011
Date Icon 08/01/2002

Naghtikom merhba lkoll ghal-Laqgha ta' l-Ambaxxaturi ta' din is-sena. Din hija okkazjoni li fiha lkoll kemm ahna ningabru flimkien u jkollna l-opportunità li naraw ix-xoghol li nkunu ghamilna matul l-ahhar sena filwaqt li nharsu 'l quddiem ghal dak li jehtieg isir fis-sena l-gdida.

Is-sena 2001 kienet wahda impenjattiva minn diversi lati: kemm mil-lat bilaterali, kemm mil-lat multilaterali, kif ukoll fir-rigward ta' l-Unjoni Ewropea. Kienet ukoll sena ta' successi li matulha ghamilna passi kbar 'il quddiem f'ghadd ta' oqsma fir-relazzjonijiet barranin taghna.

Biex jkollna idea ta' dan, se nsemmi ftit statistika dwar il-kisbiet li ghamilna s-sena l-ohra. Matul l-2001, gew konkluzi 40 ftehim bilaterali u kienu ffirmati jew ratifikati 27 ftehim multilaterali. Minn dawn il-ftehim multilaterali, kien hemm sitta marbuta mal-glieda kontra t-terrorizmu biex b'hekk issa l-ghadd ta' konvenzjonijiet li Malta rratifikat f'dan il-qasam tela' ghal 12 minn total ta' 13-il konvenzjoni marbuta mat-terrorizmu. Htarna wkoll 12-il konslu onorarju gdid, ftahna Ambaxxata gdida f'The Hague, ufficcju fi Strasbourg, biddilna l-ambaxxata taghna f'Beijing u minn Bonn mexxejna l-ambaxxata taghna ghal Berlin. Matul is-sena li ghaddiet, irnexxielna wkoll naghlqu provizorjament tmien kapitoli ohra fin-negozjati taghna ma' l-UE u hadna sehem attiv f'ghadd ta' laqghat ta' livell gholi organizzati mill-Unjoni Ewropea.

Ix-xoghol tal-Ministeru ghalhekk kompla bla waqfien minkejja diversi limitazzjonijiet logistici, il-klima internazzjonali, specjalment wara l-attakki tal-11 ta' Settembru u fatturi ohra. Ix-xoghol tal-Ministeru ghalhekk twettaq skond il-miri tal-politika barranija Maltija li hija bazata fuq il-principju fundamentali li jissahhu r-relazzjonijiet bejn Malta u pajjizi u entitajiet ohra bil-ghan li tinxtered aktar il-prosperità internazzjonali u l-istabilità.

Li jkollna relazzjonijiet b'sahhithom ma' l-iktar pajjizi importanti f'kull regjun hija ta' importanza partikulari ghal Malta ghax b'hekk nikkoncentraw ir-rizorsi limitati li ghandna. Ghalhekk il-priorità taghna ghas-snin li gejjin, kif kienet matul l-ahhar sena, hija li nikkonkludu ftehim dwar it-Tnehhija tat-Taxxa Doppja, dwar il-Garanziji ta' l-Investiment u dwar il-Glieda kontra l-Kriminalità Organizzata specjalment ma' pajjizi li huma l-aktar stategici ghalina. Hija l-intenzjoni taghna li nkomplu nwessghu dan in-network ta' ftehim kemm jista' jkun possibbli.

Inoltre, irridu nkomplu nkattru u nsahhu l-koperazzjoni bilaterali f'oqsma ohra kumplementari, specjalment fejn dawn huma ta' beneficcju dirett ghal setturi differenti tas-socjetà, bhalma huma, per ezempju, programmi ta' skambji, boroz ta' studju, inizjattivi kulturali jew opportunitajiet ahjar ghal kummerc. Irrid nsemmi hawn li parti kbira tal-koperazzjoni bilaterali matul l-ahhar sena u ghas-snin li gejjin, qed tkun iffukata fuq it-tishih tal-kapacità amministrativa tal-pajjiz marbuta ma' l-applikazzjoni ta’ Malta biex tissieheb fl-Unjoni Ewropea. Din il-forma ta' koperazzjoni se sservi biex tassigura li meta jaslu l-isfidi ta' shubija, Malta tkun mhejjija sew ghalihom.

Il-Gvern ghamilha cara li l-ghan tieghu huwa li Malta tkun parti mit-tkabbir li jmiss ta' l-Unjoni. Biex iwettaq dan l-ghan, matul l-ahhar sena l-Gvern hadem bis-shih biex jassigura li l-kapitoli kollha issa huma miftuha ghan-negozjati ma' l-UE. Sa issa ghalaqna 20 minn total ta' 29 kapitolu ta' l-acquis li bhalissa jinsabu miftuha ghal diskussjoni mal-pajjizi kandidati. Hija l-intenzjoni taghna li naghlqu l-kapitoli li baqa' matul l-2002 bil-hsieb li nkunu lesti ghas-shubija mill-1 ta' Jannar 2003.

Fl-ahhar rapport ta' aggornament tal-Kummissjoni Ewropea dwar Malta, intwera li Malta kienet wahda mill-10 pajjizi li l-Kummissjoni identifikat bhala li jistghu jkunu lesti ghal shubija fit-tkabbir li jmiss. Kollox jindika li dan it-tkabbir se jsir fl-2004, kmieni bizzejjed biex il-pajjizi membri l-godda jkunu jistghu jippartecipaw fl-elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew f'Gunju 2004. Malta qed tahdem bis-shih biex tassigura li ahna nkunu lesti ghas-shubija fl-Unjoni sew mill-aspett legislattiv, dak amministrattiv kif ukoll dak finanzjarju.

Is-shubija taghna fl-Unjoni taghmel izjed effettiva d-determinazzjoni taghna li jkollna relazzjonijiet eqreb mal-girien taghna fil-Mediterran, li bhal dejjem jibqghu ta' importanza strategika ghal Malta. Hija l-intenzjoni taghna li nkomplu, b’insistenza iktar qawwija, bis-sehem attiv taghna fil-Mediterran biex infittxu toroq godda u ahjar li bihom inkunu nistghu nikkonsolidaw ir-relazzjonijiet taghna fir-regjun.

Biex naghmlu dan behsiebna nintensifikaw il-partecipazzjoni attiva taghna f'diversi inizjattivi regjonali li ghaddejjin bhalissa, izda aktar minn hekk, nittamaw li nahdmu wkoll bhala msiehba mill-qrib ma' pajjizi individwali li huma girien taghna fl-Afrika ta' Fuq u wkoll fil-Lvant Nofsani. Digà wasalna fl-ahhar stadju ta’ ftehim ta’ kummerc hieles mat-Tunezija u behsiebna nibdew in-negozjati ghal ftehim ta’ kummerc hieles ma’ l-Egittu u possibilment mal-Marokk u l-Gordan.

Qedghin niehdu sehem f'ghadd ta' programmi Ewro-Mediterranji bil-ghan li nsahhu aktar ir-relazzjonijiet bilaterali taghna ma' pajjizi msiehba. Ahna fiducuzi li l-Presidenza Spanjola ta' l-UE fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena se taghti spinta gdida lill-process Ewro-Mediterranju li nbeda f'Barcellona fl-1995. Dan il-process issa ilu zmien twil ostagg ghall-paci fil-Lvant Nofsani. Hemm bzonn li tinstab triq li twassal biex dan il-process jimxi 'l quddiem.

Is-sehem ta' Malta f'fora internazzjonali minn dejjem kien wiehed effettiv. Behsiebna nzommu u nkattru din il-pozizzjoni ghax mhux biss nemmnu fil-kontribut li rridu naghtu, imma wkoll fil-beneficcji li s-sehem taghna igib ghal Malta. Li nissotomettu kandidaturi ta' persuni Maltin distinti fil-qasam taghhom, li nikkontestaw u nikbsu b’success rapprezentanza f’certi fora internazzjonali jew regjonali, huma ta’ importanza kbira ghalina bhala mezz kif nikkontribwixxu fit-tfassil ta’ decizjonijiet li jista’ jkollhom effett fuq Malta. Is-sena l-ohra irnexxielna niksbu risultati posittivi ghall-kandidaturi Maltin f’diversi fora bhall-IMO, l-ICFTY u l-Kumitat ghad-Drittijiet tal-Bniedem. Fiducjuz li dan is-success se jkompli matul din is-sena.

Fil-fatt, fl-agenda ghall-laqgha taghna ghal din is-sena qed nipprovdu opportunità biex ahna stess naghtu harsa lejn dak li ahna b'sahhitna fih u lejn id-dghjufijiet taghna bil-hsieb li nikkonsolidaw fejn hu b’sahhtu u nindirizzaw fejn hu dghajjef. Ghalhekk b'dan l-iskop f'mohhna u bl-esperjenza tal-laqgha tas-sena l-ohra, ippruvajna nassiguraw li l-laqgha ta' din is-sena tkun strutturata kemmxejn differenti. Kif forsi ndunajtu mill-programm, aktar tard illum u nhar il-Hamis ghandna ghadd ta’ sessjonijiet li huma immirati biex fihom issir diskussjoni f'aktar dettal dwar temi li nhabbtu wiccna maghhom kuljum. Kull wahda minn dawn is-sessjonijiet tfasslet b'reqqa biex anki jkun hemm partecipazzjoni ta’ mistiedna li jghinu jistimulaw il-hsieb taghna dwar diversi suggetti.

Aktar tard dalghodu se naghtu harsa lejn il-politika ta' Malta fil-Mediterran bil-ghan li nirfinaw l-istrategija ghal Malta sabiex l-interessi taghna jassimilaw ruhom iktar mill-qrib ma' dawk tar-regjun.

Ghalkemm il-Mediterran ilu zona ta' priorità intensa ghal Malta fil-politika barranija taghha, nemmen li hemm hafna aktar x'nistghu naghmlu, sew jekk huwa fil-qasam tal-kummerc, sew fil-qasam kulturali u sew f'dak socjali. Ghalkemm il-problemi kbar li jezistu fir-regjun ta' spiss ixekklu l-intensifikar tar-relazzjonijiet fuq livell politiku hemm ghadd ta’ livelli ohra li fihom nistghu nsahhu u napprofondixxu r-rabtiet li ghandna mal-girien taghna fil-Mediterran.

Sessjoni ohra li ghadna se tiffoka fuq il-globalizzazzjoni, fenomenu li qed jiehu dejjem aktar importanza fil-hajja taghna ta' kuljum. Dan qed isir mhux biss fid-dinja tal-kummerc, imma aktar u aktar fid-dinja tal-politika hekk kif forzi globali jiehdu forom differenti. Il-grajjiet tal-11 ta' Settembru huma biss ezempju wiehed li jfakkarna dwar l-effetti wiesgha li ghandhom fuqna lkoll certi fenomeni globali. Hemm hafna iktar ezempji: fost dawn hemm id-degradazzjoni ta' l-ambjent, l-inugwaljanzi socjali, ic-caqliq ta' nies, ta’ kapital u ta’ prodotti, u fenomeni multi-dimenjonali ohra. Dawn kollha ghandhom effett fuq ix-xoghol taghna u ghalhekk jimmeritaw l-attenzjoni taghna.

Diskussjoni ohra li ghandna programmata u li jien naghtiha importanza kbira hija dik dwar kif nistghu niehdu l-aqwa u l-ahjar mill-ambaxxati taghna. Dan is-suggett kemmxejn generiku jkopri ghadd ta' oqsma li fihom nemmen li r-rizorsi jistghu jintuzaw ahjar u jkunu allokati ahjar ghad-diversi hidmiet li ghandna.

Aktar kmieni semmejt il-qasam tal-kandidaturi, li huwa fost dawk l-oqsma li nemmen li fih ksibna hafna, u li fih nistghu naghmlu aktar ukoll. Barra minn hekk nixtieq li niffokaw iktar fuq zjarat bilaterali bil-hsieb li ssir prioritizzaz0zjoni fuq bazi annwali ghaz-zjarat barra u lejn il-pajjiz. Hemm ghadd ta' oqsma ohra li nemmen li jistghu jkunu maghmula ahjar jekk nifluhom iktar mill-qrib. Nistedinkom ghalhekk biex tiehdu sehem attiv fid-diskussjonijiet li se nkunu qed naghmlu matul dawn il-ftit jiem.

Ma nixtieqx nidhol iktar fuq il-programm li ghandna ghal din id-disa' laqgha ta' l-Ambaxxaturi, hlief li nzid li l-gurnata ta’ l-Erbgha se tkun kollha kemm hi ddedikata ghal diskussjonijiet dwar l-Unjoni Ewropea. Din id-darba dawn id-diskussjonijiet huma bla dubju ta' xejn krucjali u ghandhom jiehdu xejra aktar partikolari, galadarba din se tkun l-ahhar sena tan-negozjati. Is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea qed tinghata u ser tkompli tinghata, fix-xhur li gejjin, l-attenzjoni u l-isforzi kollha li hemm bzonn, biex ikun zgurat li l-miri taghna jinkisbu sal-ahhar tas-sena.

Ghalhekk issa nhalli f’idejn is-Segretarju Permanenti biex jidhol f'aktar dettalji dwar il-programm.

Nawgura li din il-laqgha sservi bhala ezercizzju siewi kemm fl-analizi li se naghmlu tal-progress li ghamilna matul is-sena l-ohra kif ukoll, u aktar importanti, bhala spinta li biha nwettqu l-hidma taghna matul is-sena l-gdida bl-impenn u bid-determinazzjoni mehtiega ghall-gid t'artna u fl-interess taghna lkoll.

Nixtieqilkom ilkoll kull success ghas-sena l-gdida u ninsab fiducjuz li din il-laqgha tghinna nhejju t-triq ghall-futur ta' pajjizna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow