Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Onor. Jesmond Mugliett, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni dwar il-Hidma tal-Gvern fil-qasam Sportiv ghas-sena 2002

PR008
Date Icon 04/01/2002

Ghall-isport Malti is-sena 2001 kienet sena ta` tishih. It-thejjija ta’ l-atleti li jiehdu sehem f`kompetizzjonijiet ewlenin, is-sehem ta’ l-edukazzjoni fl-isports, il-provista ta` facilitajiet sportivi ta’ l-aqwa livell, huma fost l-oqsma fejn il-Gvern qieghed jikkoncentra il-hidma tieghu. Fid-dinja ta’ l-isport l-ebda Gvern ma jista jahdem wahdu. L-aqwa hidma ssir f’ambjent fejn il-Gvern ikun sieheb ta’ l-assocjazzjonijiet u ghaqdiet sportivi. Kien ghalhekk li f’Awissu tas-sena l-ohra giet proposta Ligi li ser toffri qafas legali ghal hidma tal-Gvern fl-isport. Il-principju tas-sussidjarjeta’, jigifieri li l-Gvern m’ghandux jindahal fil-hidma tal-Assocjazzjonijiet u ghaqdiet ohra meta din tkun pozittiva, hija l-bazi ta’ din il-ligi.

Jekk irridu li jkun hawn pajjiz b’sahhtu fl-isports, jehtieg li jkun hawn l-Assocjazzjonijiet Sportivi b’sahhithom u aggornati. Hafna Assocjazzjonijiet jiddependu fuq il-Gvern ghall-fondi taghhom. Kien ghalhekk li mis-sena l-ohra dahhalna sistema fejn l-ghajnuna li nghatat lill-Assocjazzjonijiet kienet mifruxa b’mod proporzjonali ghall-attivitajiet u l-htigijiet ta’ kull Assocjazzjoni. Fl-ghajnuna li tinghata lill-Assocjazzjonijiet qeghdin naghmlu minn kollox sabiex nevitaw li din issir fuq bazi arbitrarja u ad hoc. L-Assocjazzjonijiet qeghdin ukoll ikunu assigurati li ma jkunx hemm skossi fl-allokazzjonijiet. Dan ghandu jghin sabiex ikun hawn ippjanar ahjar. Is-sena li ghaddiet il-Gvern ghadda madwar Lm77,000 f’ghajnuna diretta lill-Assocjazzjonijiet u madwar Lm90, 000 li nghataw lill-Assocjazzjonijiet mill-KOM minn fondi mghoddija lilha mill-Gvern. Htiega partikolari li diversi Assocjazzjonijiet ghadhom jiffaccjaw hija l-htiega ta’ facilitajiet sportivi.

Sa ftit snin ilu diversi Assocjazzjonijiet la kellhom ufficini minn fejn jaghmlu l-hidma amministrattiva taghhom u lanqas facilitajiet fejn jorganizzaw il-kompetizzjonijiet Nazzjonali taghhom. Is-sena li ghaddiet madwar disa’ Assocjazzjonijiet Nazzjonali tlestewlhom ufficini minn fejn jaghmlu l-hidma amministrattiva taghhom.

Komplejna wkoll il-process fejn qed nghaddu l-facilitajiet sportivi lill-Clubs u lill-Assocjazzjonijiet li qed jaghmlu uzu minnhom. Fil-bidu tas-sena d-diehla ma’ l-40 facilita’ sportiva mistennija jghaddu lil diversi ghaqdiet sportivi.

Il-bini ta’ kumplessi sportivi regjonali ghandu jwassal sabiex diversi assocjazzjoniet ikollhom kemm ufficini amministrattivi u facilitajiet minn fejn jorganizzaw il-kompetizzjonijiet nazzjonali taghhom.

Mod dirett u indirett kif ikun mghejjun l-isport Malti u l-Assocjazzjonijiet Nazzjonali huwa fl-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali. Il-kompetizzjonijiet jaghtu opportunita’ lil numru akbar ta’ sportivi Maltin li jkejlu l-hiliet taghhom kontra dawk ta’ shabhom barranin. Hafna drabi l-istess kompetizzjonijietihallu profitti tant mehtiega lill-Assocjazzjonijiet. Fost il-kompetizzjonijiet organizzati tajjeb, is-sena l-ohra ma nistghux ma nsemmghux il-Kampjonati Ewropew fil-livell ta` Juniors fl-ghawm u fil-qbiz, l-Kampjonat Ewropew fl-Atletika ta’ barra l-istadia, livell tal-Veterani, il-Middle Sea Race, is-Sikania Cup fil-beach volley, il-Loghob tal-Mediterran fl-isparar, kompetizzjoni tal-iSquash ghall-Pajjizi z-Zghar, il-Euromed Sailing Regatta. Dawn il-kompetizzjonijiet kollha rcevew ghajnuna mill-Gvern ghall-organizzazzjoni.

Is-sena li gejja sejrin inkomplu bil-politika li nghinu kompetizzjonijiet ewlenin. Fost il-kompetizzjonijiet li ser naraw ser ikun hawn il-Mundialavokat, it-tazza tad-dinja ghat-teams tal-avukati mid-dinja kollha, il-Fisec Games, kompetizzjonijiet internazzjonali tal-jet skis, Pool, chess, beach soccer. It-tlestija ta’ facilitajiet bhal Kumpless tal-Universita’ u l-Kumpless tal-Pixxina diga’ qieghed iqajjem interess minn diversi Assocjazzjonijiet sabiex jorganizzaw kompetizzjonijiet ewlenin fix-xhur li gejjin. Fost l-Assocjazzjonijiet li esprimew interess u sejrin iressqu bids sabiex jorganizzaw tournaments internazzjonali ewlenin insibu dik tal-ginnastika, weightlifting, volleyball, tal-billiards and snooker, tal-handball, tal-bocci.

It-thejjija ta` l-atleti llum bilfors trid issir bl-aktar mod professjonali. Dawn il-htigijiet jitolbu nfieq sostanzjali u strutturi professjonali. L-ghajnuna li nghatat lill-Kumitat Olimpiku Malti fis-sena 2001 ta’ Lm157,000, kienet wahda rekord. Permezz ta’ din l-ghajnuna, setghu jkunu ntrodotti skemi godda bhal l-aspirant u l-elite athletes, sparring partners u kif ukoll skemi fejn Maltin ta` origini barranija qed jikkompetu taht il-bandiera Maltija. Din il-preparazzjoni aktar professjonali, mibnija fuq investimenti bhal laboratorju u facilitajiet ahjar ghat-tahrig li saru fis-snin ta’ qabel ghenu sabiex fil-loghob tal-Pajjizi z-Zghar tal-Ewropa li saru f’ San Marino seta jinkiseb l-aqwa rizultat kemm ilhom isiru dawn il-Loghob. Il-partecipazzjoni ta’ atleti Maltin li jghixu barra minn xtutna kien ukoll ezempju haj ta’ kif ir-rebh fl-isport m’ghandux jitkejjel biss permezz tal-midalji u r-rekords miksura.

Mal-Kumitat Olimpiku sar ftehim dwar l-ghajnuna li ser tinghata sabiex jkunu organizzati l-Loghob tal-pajjizi z-zghar fl-2003. L-Ghajnuna ghall-preparazzjoni teknika fis-sentejn li gejjin mistennija tlahhaq madwar Lm331, 000. Hawn min isaqsi ghalfejn il-Gvern jghaddi zewg allokazzjonijiet lill-Assocjazzjonijiet, wahda direttament u ohra permezz tal-KOM ? L-allokazzjoni li tghaddi mill-Gvern lill-KOM, lill-Assocjazzjonijiet norbtuha mal-preparazzjoni ghall-kompetizzjonijiet ewlenin, fejn il-KOM illum bena struttura li jaghmel monitoring sabiex din il-preparazzjoni ssir bl-aktar mod professjonali.

Il-preparazzjonijiet ghal-Loghob tal-2003 qabdu ritmu tajjeb. Il-Kumitat tekniku li kien Malta fil-bidu ta’ Dicembru li ghadda, sab li kollox miexi skond kif ippjanat. Hafna mit-tenders tal-bini u servizzi ghal facilitajiet li ser jintuzaw diga’ hargu u hafna minnhom inghataw. Kienu konkluzi aspetti ohra tal-Loghob, bhall-akkomodazzjoni, transport, il-programm tal-loghob, marketing. Ghaddejja hidma ohra fuq ic-cerimonji tal-ftuh u l-eghluq, l-organizzazzjoni tal-voluntiera L-ghajnuna ghall-organizzazzjoni mistennija tkun aktar minn LM100,000.

Responsabilita` ewlenija li ghandu s-Segretarjat huwa li jippromwovi l-edukazzjoni sportiva. Mis-sena skolastika li bdiet f’Settembru li ghadda l-Isport sar suggett li wiehed jista` joqghod ghall-ezami SEC. Tlett mitt zghazugh/a bdew jitghallmu l-isport b’mod aktar intensiv fil-Junior Lyceums. Dan ghandu jhalli effett indirett ta’ skejjel li jfittxu li jkollhom facilitajiet sportivi ta’ livell.

Nuqqas iehor li ghandna huwa li m’hawnx qafas fejn wiehed jottjeni tahrig strutturat fil-coaching. Bdejna nindirizzaw dan in-nuqqas bit-twaqqif tal-kors f’aspetti bazici tal-coaching. Din is-sena tlesta l-ewwel kors ta` tahrig ghall-coaches fejn dawn inghataw certifikat wara kors ta` sena. Il-hsieb taghna huwa li ma’ l-Universita’ jew l-MCAST, jitwaqqaf kors strutturat fuq erba’ snin li ghandu jaghmel mill-coaching professjoni proprja, jigifieri, li xi darba naslu sabiex min ikun kwalifikat biss ikun jista jahdem bhala coach.

Minbarra t-tahrig fil-coaching, qed naghmlu enfasi wkoll fit-tahrig tat-tfal, specjalment dak li ghandu x`jaqsam ma` Skola Sport. Din is-sena ghal din l-iskola gie introdott qafas gdid. L-ghan ewlieni wara dan il-qafas hu sewwasew sabiex it-tfal ma jitfghux harsthom biss fuq sport wiehed, izda jkunu disposti ghal firxa ta` aktar minn sport wiehed. Dan it-tibdil ghandu jwassal sabiex tfal jizviluppaw attivita’ motorja ahjar u jkunu kapaci jipprattikaw aktar minn sport wiehed.

B'dan il-mod qeghdin inwasslu u ndahhlu f`mohh it-tfal kultura sportiva ghal hajjithom kollha, fejn it-tfal jaslu biex jaqilbu minn sport ghall-iehor b'mod facli.

Is-sena li ghaddiet il-Kumitat Sport For All kien inkorporat mal-Kunsill Malti ghall-Isport. Fl-2002 sejrin nghatu struttura aktar soda lil dan il-Kumitat. Ghadu kif kien ingaggat Sport for All co-ordinator fuq bazi part time. Fis-sena 2001 rajna ukoll lill-Iswimming Promotions Unit tikkonsolida l-hidma taghha u tkun il-katalist ghal hafna attivitajiet ta’ ghawn fost il-clubs tal-waterpolo u tfal Maltin. 1700 tifel u tifla hadu tahrig mill-SPU. Fl-2002 sejrin ninvestu aktar fit-tghamir li jhajjar tfal jitharrgu fl-ghawm b’mod professjonali.

Hidma ewlenija li rajna din is-sena kienet il-provista ta` facilitajiet sportivi. Il-Gvern ghandu rwol ewlieni li jsahhah l-Infrastruttura Sportiva. Wiehed mill-progetti ewlenin tal-Gvern huwa l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Wara li spicca l-iskavar u tqieghdet ta` l-ewwel gebla fis-17 ta` Gunju ta` din is-sena, ix-xoghol ta` bini wasal fi stadju avvanzat. Tlestew it-tenders tas-servizzi u finishes. Fil-gimghat li gejjin sejrin jinhargu dawn it-tenders u jinbeda x-xoghol immedjatament fuq il-finishes, servizzi u t-tenders ghax-xoghol ta’ barra u t-tghamir specjalizzat. Matul is-sena 2002 mistenni jinhatar il-Bord tat-tmexxija ta’ dan il-kumpless.

Kumpless sportiv iehor fejn ghaddejja hidma intensiva huwa l-Kumpless sportiv tal-Universita’. Is-sena li ghaddiet tlestew zewg squash courts, mat-tnejn li kienu tlestew fis-sena 2000. Saru xoghlijiet stutturali fid-diving structures, xoghlijiet ohra fuq finishes u tghammir fil-pixxina. Tlestew ukoll zewg five-a-side football pitches bit-turf artificjali, tlesta blokk ufficini ghall-Assocjazzjonijiet. Is-sena li ghaddiet inhargu kwazi t-tenders kollha ghat-tlestija tal-Multipurpose Hall f’dan il-Kumpless. Huwa ttamat li dan il-Multipurpose Hall jitlesta sa Lulju 2002 sabiex ikun uzat ghall-ewwel darba ghall-Loghob tal-Fisec. Issa li sar daqshekk investiment fil-facilitajiet ta’ dan il-Kumpless, huwa wkoll opportun li nghalqu l-hidma sabiex f’din is-sena t-tmexxija ta’ dawn il-facilitajiet tibda ssir mill-Kumpanija Malta University Sports Complex Ltd, kumpanija mwaqqfa bi shab bejn il-Gvern u l-Universita’.

Il-hidma fuq il-Kumplessi Sportivi Regjonali l-ohra ghaddejja ukoll. Id-dizinn fuq il-Kumpless tal-Karwija issa tlestew. L-applikazzjoni mistennija tkun deciza mill-Awtorita’ tal-Ippjanar sa Marzu ta’ din is-sena u x-xoghol mistenni jibda ftit xhur wara. Is-sena li ghaddiet il-Kabinett approva li l-Kumpless tat-Tramuntana jinbena l-Qawra. Ix-xoghol fuq id-dizinn mistenni jibda s-sena d-diehla. Diga saru arrangamenti mad-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex fil-budgets tas-snin 2003- 2005 jkun hemm fondi ghall-bini ta’ dawn il-kumplessi.

Meta l-Kabinett tal-Ministri kien iddecieda fuq il-Kumplessi Sportivi Regjonali, kienet ittiehdet id-decizjoni li flimkien mal-Kumplessi Regjonali, li ladarba jitlestew, ser ikun hawn erbgha (tlieta f’Malta u wiehed f’Ghawdex), ikompli l-investiment fuq dawk Nazzjonali.

Il-Marsa Sports Complex huwa kumpless Nazzjonali ta’ mportanza ewlenija. F’dan il-kumpless ukoll kompla l-investiment. Fis-sena 2001 zdiedu t-turfed pitches, inharget it-tender ghall-pedamenti ghal parking u multipurpose hall. Inharget ukoll it-tender ghat-tiswija tat-track tal-atletika. Sar xoghol fuq entratura gdida ghall-korsa taz-zwiemel u nharget it-tender ghad-dawl artificjali ghall-istess korsa. Ix-xoghol fuq hafna mit-tenders mistenni jsir matul is-sena 2002. Matul din is-sena l-gdida sejra wkoll issir hidma ta’ landscaping fuq l-area periferali sabiex din tkun zviluppata bhala zona ghar-rekrejazzjoni informali.

Flimkien ma` dan kollu, wiehed irid izid l-ghadd ta` ghajnuniet li jinghataw mid-Dipartiment li jmorru ghall-provvista ta` facilitajiet godda. Din is-sena per ezempju ser jitlesta l-progett ta` Salinos Ground fejn l-ghotja mid-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport kienet ta` mitt elf lira, fejn ghadd ta` Dipartimenti ohrajn taw ukoll l-ghajnuna taghhom. Kellna wkoll l-installazzjoni tal-Multi-Purpose Rubber Flooring gewwa l-Junior Lyceum Margaret Mortimer ta` Santa Lucija u kif ukoll ir-resurfing tat-tennis courts, is-sistema tad-dawl, il-Club House u Chain Fencing fit-Tennis Club ta` Kordin. Ghajnuna sostanzjali ghal titjib fil-facilitajiet mistennija tkun mghoddija din is-sena lill-Hockey Association of Malta, l-Young Sailors Club, Sirens Waterpolo Club u diversi clubs tal-football, tennis, etc.

Hu mistenni li z-zieda fil-facilitajiet sportivi ghandha twassal ghal zieda sostanzjali fin-numru ta` persuni li jipprattikaw kull ghamla ta` sport kif ukoll fil-livell ingenerali ta` l-isport Malti.

It-tishih fl-infrastruttura sportiva kif ukoll iz-zieda fil-partecipazzjoni sportiva jitolbu strutturi ta` tmexxija aktar b`sahhithom u qafas legali li s`issa ma jezistux. Kien ghalhekk li f`Awissu li ghadda, giet ippublikata White Paper ghall-Ligi tal-iSport. Dawn it-tentattivi sabiex tinkiteb din il-Ligi ilhom isiru. Il-vizjoni dwar id-direzzjoni ta` din il-Ligi issa hija cara. Tnieda process wiesgha ta` konsultazzjoni Nazzjonali fejn l-ghaqdiet u Assocjazzjonijiet ressqu suggerimenti validi. Il-White Paper diga` ghaddiet minn diversi fazijiet ta` emendi sabiex tirrifletti l-htigijiet u l-kultura tal-iSport Malti. Il-Ligi ser tirrikonoxxi l-irwoli u r-responsabiltajiet importanti li ghandhom il-Kumitat Olimpiku Malti u Assocjazzjonijiet Nazzjonali.

Il-Ligi tistabbilixxi procedura aktar semplici ghat-trasferiment tal-art lill-ghaqdiet, tirregola lil kull min jaghmel attivita’ sportiva, tiffacilita l-pubblikazzjoni ta’ legislazzjoni sussidjarja ez. avviz Legali dwar id-doping. Il-Ligi tishaq ukoll li fil-qasam sportiv il-Gvern jibda jfassal pjanijiet strategici u jibda jimplimentahom.

L-abbozz amendat mistenni jitressaq lill-Kabinett lejn l-ahhar ta’ Jannar. Nisperaw li sa nofs is-sena 2002 il-ligi tkun dahhlet fis-sehh. L-ewwel hidma tal-Kunsill Malti ghall-Isport ghandu jkun li jfassal politika komuni ghat-tregija tal-facilitajiet sportivi u li jfassal pjan strategiku ghat-tlett snin li gejjin, pjan li m’ghandux ibiddel dak li miexi tajjeb. Il-KMS ghandu minnufih jibda konsultazzjonijiet dwar avviz legali ghal kontroll tad-doping. Huwa mistenni li mizuri ohra li ghandha ddahhal il-ligi bhar-registru tal-ghaqdiet ghandhom iwasslu sabiex ikun hawn hidma aktar kordinata f’certu sports bhal Dancesport, Martial Arts u Motor Sports.

Is-sena 2003 ghandha tkun sena importanti ghall-isport Malti. Sena li tghalaq ghaxar snin ta’ tkabbir kostanti mill-ewwel edizjoni tal-Loghob tal-Pajjiz z-zghar li saru f’Malta fl-1993. Jekk jinkisbu r-rizultati li qeghdin nimmiraw ghalihom, l-isport Malti jistenna attenzjoni u ghajnuna akbar fis-snin ta’ wara.

Ghandna nibdew nippreparaw ghal dan it-tkabbir minn issa. B`mod partikulari bit-tishih tal-amministazzjoni tal-Assocjazzjonijiet, ser nharsu lejn kull aspett tal-isport, mill-edukazzjoni sal-partecipazzjoni elite, mill-infrastruttura sat-turizmu sportiv. Bhalissa ghaddeja ukoll hidma li tinvolvi diversi esperti sabiex flimkien infasslu strategija fit-tul. Strategija li tghin lill-pajjizna jsir tassew nazzjon sportiv.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow