TIGDID TAL-KARTA TAL-IDENTITA’
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tigdid tal-Karti ta’ l-Identita’ f’dawn il-lokalitajiet:
Valletta: bejn it-Tnejn 7 u t-Tnejn 21 ta’ Jannar, 2002
Skola Primarja tal-Gvern
Triq it-Tramuntana
Zejtun: bejn it-Tnejn 7 u l-Hamis 17 ta’ Jannar, 2002
Liceo tal-Bniet Carlo Diacono
Triq Luqa Briffa
bejn il-Gimgha 18 u t-Tnejn 28 ta’ Jannar, 2002
Skola Primarja tal-Gvern ‘A’
Triq Sant’Anglu
Gh’sielem: bejn it-Tnejn 7 u l-Gimgha 11 ta’ Jannar, 2002
Adults Training Centre Hall
Triq l-Imgarr
Il-hinijiet li fihom isir it-tigdid ser ikunu: fost il-Gimgha bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sa nofsinhar. Ma jsirx tigdid tal-Karta ta’ l-Identita’ nhar ta’ Hadd.
Fic-Centri msemmija jistghu jattendu biss ir-residenti ta’ dik il-lokalita’ partikolari. It-tigdid qed isir ghal dawk kollha li diga’ ghandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw ghall-ewwel darba ma jkunux jistghu jaghmlu dan fic-Centru tal-lokalita’ taghhom izda jkunu jridu japplikaw fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta jew ir-Rabat, Ghawdex.
Ghandha tigi pprezentata l-Karta ta’ l-Identita’ prezenti kif ukoll il-formola tat-tigdid bl-informazzjoni mitluba, li qeghda tintbaghat lil kull min ghandu jgedded l-Karta ta’ l-Identita’.
Aktar dettalji dwar it-tigdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qeghdin jintbaghtu bil-posta mal-formola tat-tigdid.
Il-Karta ta’ l-Identita’ l-gdida tkun tista tigi rtirata aktar ‘l quddiem u ser jinhareg avviz dwar dan.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN