Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTeru TA’ l-Intern dwar il-Wied tal-Kalkara

PR003
Date Icon 03/01/2002

Il-Ministeru ta’ l-Intern jirreferi ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet li saret il-bierah mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara u l-Kumitat ta’ Azzjoni dwar il-proposta riveduta ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar dwar il-pjan rivedut ghall-Wied tal-Kalkara.

Il-Ministeru ta’ l-Intern jixtieq jerga’ jenfasizza li, kontra dak li qed jigi allegat mill-Kunsill Lokali u mill-Kumitat ta’ Azzjoni, il-proposta li qed taghmel l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar hija ntiza biex jigi salvat il-Wied tal-Kalkara u mhux biex jinqered, kif qed jigi allegat.

Fil-proposta riveduta, l-Awtorita’ mhux ser thalli li jsir l-ebda bini fil-wied, minkejja li z-zona ilha ndikata bhala li fiha jista’ jsir zvilupp, sa mis-snin sittin.

Il-proposta l-gdida hija differenti mill-proposta originali li kienet ghaddiet mill-Parlament fl-1988, u li kienet se twassal biex jinbena nofs il-Wied. Minn dak il-pjan, il-proposta riveduta ta’ l-Awtorita’ naqset konsiderevolment l-ammont ta’ art mahsub ghall-izvilupp; u fil-fatt qed jigi propost li iktar minn ghaxart itmiem art fil-wied jinhargu miz-zona ta’ zvilupp biex l-art tibqa’ fl-istat naturali taghha.

Ta’ min jghid li meta hareg l-abbozz tal-Pjan Lokali fl-1997; u dakinhar diga’ kien indikat li Site A se tinbena, hadd minn dawk li llum qed jipprotestaw, ma kien ikkummenta. Fr. Mark Montebello, li llum huwa wiehed minn dawk li qed jipprotestaw, dak iz-zmien kien qal li l-pjan kien "ezercizzju ta’ ippjanar serju". Mhux maghruf x’inbidel minn dakinhar.

Illum Fr. Mark Montebello qed jiddefendi l-interessi ta’ bidwi li approprja ruhu minn art li mhix tieghu, wara li kien diga’ gie ppubblikat l-Abbozz tal-Pjan Lokali u ghalhekk kien jaf li hemmhekk kellu jinbena’. Ta’ min jghid ukoll li l-istess persuna bniet illegalment; tant li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar diga’ kienet harget avviz ta’ twettieq (enforcement notice).

Stramb ukoll huwa l-fatt li l-Onor Joe Mizzi, li huwa r-rapprezentant tal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni fuq il-Bord ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar, u li llum jinsab fuq quddiem nett ta’ kull protesta li ssir kontra l-proposta ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar, ma kienx prezenti ghal-laqgha, meta l-Bord iddiskuta il-pjan rivedut tal-Kalkara.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow