ID-DIPARTIMENT TAS-SAHHA DWAR IL-MONITORAGG TA’ L-ILMA BAHAR
Id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika, wara xi rapporti li xxandru fuq xi mezzi tax-xandir, jixtieq jinforma lill-pubbliku generali li d-Dipartiment ghaddej bil-monitoragg ta’ l-ilma bahar bhal ma dejjem ghamel f’dawn l-ahhar snin. Sal-lum il-kampjuni kollha li ttiehdu rrizultaw f’livelli rakkomandati.
Id-Dipartiment jixtieq jaghmilha cara darba ghal dejjem, li r-risponsabilita’ li jinforma l-pubbliku kienet dejjem tieghu u din qatt ma naqas minnha. Infatti, kontra dak li qieghed jinghad minn xi mezzi tax-xandir, id-Dipartiment diga’ ha l-passi necessarji u twahhlu numru ta’ avvizi temporanji fiz-zoni li gew identifikati bhala zoni mhux ghall-ghawm. Sfortunatament numru minn dawn l-avvizi inqalghu minn posthom u ghalhekk ufficjali mid-Dipartiment qeghdin josservaw fejn dawn ikunu inqalghu biex jigu mwahhlin ohrajn minflok. Din il-mizura ttiehdet sakemm tabelli ohra jigu mwahhla fil-postijiet kollha, b’mod permanenti. Il-process biex dawn it-tabelli jinhadmu jinstab f’fazi avvanzata u ghandhom jigu mwahhla mill-aktar fis possibli.
It-twahhil ta’ dawn it-tabelli qatt ma kienet problema ta’ flus jew xi nuqqas ta’ qbil bejn id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika, id-Dipartiment ghall-Protezzjoni tal-Ambjent u l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu.
Matul dan l-istagun tas-sajf f’kaz li jkun hemm il-bzonn, id-Dipartiment jinforma lill-pubbliku fuq xi tniggiz f’xi bajja, bhal ma’ dejjem ghamel f’dawn l-ahhar snin u ghalhekk il-pubbliku jista’ imur jghum b’mohhu mistrieh.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN