Left arrow Mur Lura

DISKORS TA' L-ONOR JESMOND MUGLIETT WAQT IFFIRMAR TA' KUNTRATTI BEJN IL-EUROPEAN UNION PROGRAMMES UNIT (MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI) U ORGANIZZAZZJONIJIET TAZ-ZGHAZAGH GHALL-PARTECIPAZZJONI TA' MALTA FIL-PROGRAMM "YOUTH" TA' L-UNJONI EWROPEA

PR986
Date Icon 27/06/2001

Il-hsieb wara l-programm Youth huwa li tisseddaq il-mobilità fost iz-zghazagh, intercultural learning, l-empowerment, bil-ghan li dawn ikunu iktar preparati ghad-dinja t’ghada. Dinja li ser tara numru ikbar ta’ nies jaghmlu perjodi ta’ xoghol jew studju f’pajjizi differenti. Dinja li ser igeghilna niltaqghu aktar ma’ nies minn kulturi differenti. Dinja fejn sejra titlob minna wkoll aktar decizjonijiet razzjonali. Ghal pajjiz zghir bhal taghna li jenhtieglu jkisser il-barrieri li jifirdu ’l pajjizna minn pajjizi ohra, il-programmi Ewropej bhal Leonardo, Socrates u Youth, jistghu jkunu aktar rilevanti.

Din il-herqa li neghlbu dawn il-barrieri f’dawn l-ahhar xhur rajniha tkun tradotta minn diversi zghazagh Maltin f’entuzjazmu ghal partecipazzjoni f’dawn il-programmi. B’interess innutajna wkoll kemm ghal mijiet ta’ zghazagh barranin, Malta toffri idejal ta’ pajjiz attrajenti, li jilqghek u li ghandu istituzzjonijiet li jhabbtuha ma’ istituzzjonijiet simili fl-Unjoni Ewropea.

Il-programm Youth huwa rilevanti ghax huwa miftuh ghal kull tip ta’ ghaqdiet taz-zghazagh, ghall-organizzazzjonijiet li jahdmu fost iz-zghazagh u ghall-individwi. Fost l-ghaqdiet li ser jibbenefikaw illum ghandna ghaqdiet tad-drama bbazata fi skola, youth centres, kunsill lokali li qieghed jorganizza skambji u zewg youth groups, ibbazati fl-irhula.

Dan huwa l-aqwa certifikat li l-programm Youth mhux xi programm elitista, imma miftuh ghal kull ghaqda, gejja mil-liema ambjent gejja. Is-sabih tal-okkazjoni tal-lum hija li l-aggudikazzjoni tal-proposti saret f’Malta stess mill-Coordinating Committee. Id-decentralizzazzjoni tad-decizjonijiet huma fundamentali sabiex jitqieghed fil-prattika l-principju tal-empowerment.

Beneficcju iehor li qieghed igib mieghu l-programm huwa l-opportunitajiet ghal tahrig li jaghti lill-mexxejja fost iz-zghazagh Youth Leaders. Fil-fatt madwar 16-il zaghzugh u zaghzugha minn ghaqdiet differenti digà ntbaghtu ghal tahrig barra minn Malta.

Il-fatt li l-ghaqdiet taz-zghazagh sejjer ikollhom aktar opportunitajiet f’ghajnuna finanzjarja ghall-progetti taghha sejra taghti spinta lil diversi ghaqdiet sabiex izidu l-hidma taghhom. Mal-Lm21,400 qieghdin jitqassmu fuq sitt progetti li fihom 124 partecipant.

Il-programm joffri opportunitajiet ohra li ghadhom m’humiex qeghdin ikunu sfruttati bizzejjed. Fost dawn insibu l-opportunitajiet ghal individwi li jaghmlu perjodi ta’ volontarjat ma’ xi ghaqda barra minn Malta, ghaqdiet li gejjin minn oqsma ohra bhal sports, li jistghu jibbenefikaw jekk jizviluppaw progetti fejn l-attivitajiet ikollhom aspett socjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow