PARTECIPAZZJONI TA' MALTA FIL-PROGRAMM YOUTH TA' L-UNJONI EWROPEA
Illum, l-Erbgha, 27 ta’ Gunju 2001, sar l-iffirmar ta’ kuntratti bejn il-Youth Coordinating Committee tal-European Union Programmes Unit (Ministeru ta’ l-Edukazzjoni) u l-Organizzazzjonijiet taz-Zghazagh li ser jiehdu sehem fi skambji ta’ zghazagh tal-programm Youth ta’ l-Unjoni Ewropea.
Kien ricentament li Malta bdiet tiehu sehem fil-programm Youth, ezattament mill-1 ta’ Jannar 2001. Biex jitmexxa dan il-programm twaqqaf kumitat apposta bl-isem ta’ Youth Coordinating Committee li huwa maghmul minn diversi rapprezentanti ta’ ghaqdiet taz-zghazagh fosthom mill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, Kunsill Djocesan Zghazagh, Kummissjoni Persuni b’ Dizabilità, Malta Association of Youth Volunteers, u rapprezentanti tas-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Ministeru ta’ Ghawdex.
Sal-lum, jigifieri ftit xhur biss wara li dan il-programm gie implimentat, ir-rispons minn naha tal-ghaqdiet kien tajjeb hafna. Kienu diversi l-ghaqdiet li hadmu biex isibu siehba barra minn Malta ma’ min jaghmlu progetti ta’ skambji ta’ zghazagh. Kien hemm diversi organizzazzjonijiet ta’ zghazagh jew kunsilli lokali li wrew l-interess, jigifieri li jippartecipaw f’ dan il-programm.
L-ghan tal-programm Youth huwa li joffri opportunitajiet ghal mobilità, isahhah l-edukazzjoni mhux formali, jaghti spinta lit-taghlim interkulturali, jinkoraggixxi it-taghlim ghal matul il-hajja kollha, edukazzjoni ghac-cittadin attiv, zvilupp ghal policy dwar iz-zghazagh, u kostruzzjoni ta’ l-Ewropa 3rd Millennium.
Il-programm Youth huwa mirqum bil-hsieb li jattira zghazagh ta’ bejn (15-25 sena) residenti f’ pajjizi msiehba fl-EU, gruppi ta’ zghazagh li jridu jiehdu sehem fi skambji ta’ zghazagh, zghazagh li jridu jniedu inizjattiva fil-kommunità li jghixu fiha, zghazagh li jixtiequ jesperjenzaw servizz volontarju, organizzazzjonijiet taz-zghazagh,, mexxejja taz-zghazagh u haddiema li jahdmu fost iz-zghazagh, awtoritajiet lokali, organizzaturi, u ghal kull min huwa involut fil-qasam taz-zghazagh.
Ghal din is-sena digà inghalqu tliet deadlines u dawn kienu fl-1 ta’ Frar, fl-1 ta’ April u fl-1 ta’ Gunju, filwaqt li hemm tnejn ohra li huma pendenti u li ser jaghlqu fl-1 ta’ Settembru u fl-1 ta’ Novembru rispettivament.
Ghall-ewwel deadline gew accettati St. Alysious Drama Group sabiex jaghmlu bilateral exchange mat-Theatre Group The Groundings, the Patrician Youth Centre, ta’ l-Irlanda ta’ Fuq. It-tema maghzula hija "Exploring islands" u total ta’ partecipanti huwa ta’ tnax. Il-fondi moghtija huma dawk ta’ Lm1750. Ghal applikazzjoni li ghalqet f’ April gew accettati l-Youth Travel Circle li flimkien mal-Husum Youth Centre ta’ Svezja dahlu ghal bilateral exchange bit-tema "Europe’s ends come together". Ghal dan il-programm ser ikun hemm 38 participant u l-fondi moghtija huma Lm5000.
It-tieni applikazzjoni ghal April kienet dik ta’ San Gwann Youth Centre flimkien mal-Jugendforderung mill-Germanja li ghazlu t-tema "Preparing the future by discovering the past". B’ kollox hemm 34 partecipant u l-fondi ghal din ser ikunu Lm2090. It-tielet skambju ghal April huwa dak tal-Qrendi Youth Group li qieghed isir ma Spanja bit-tema maghzula "Dismantling cultural barriers". Ghal dan l-iskambju hemm 13-il partecipant u l-fondi allokati huma Lm1350. Ir-raba’ skambju huwa dak tal-Mgarr Youth Group li qieghed isir ma’ Spanja bit-tema maghzula "The spirtual dimension of interpersonal relationships: an intercultural exchange". In-numru ta’ partecipanti hija ta’ 14 u l-fondi huma ta’ Lm1450. L-ahhar skambju huwa dak multilateral li qed isir bejn Malta, il-Germanja, Franza u l-Portugall fejn it-tema maghzula hija ‘Maltamedia’ fejn hemm 55 partecipant u b’ Lm9760 bhala fondi.
B’kollox gew prezentati 12-il progett li sitta minnhom digà few accettati u tlieta ghadhom qed jigu evalwati. Il-fondi allokati ghal progetti accettati ilehhqu Lm 21,400.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN