Left arrow Go Back

IFFIRMAR TA’ FTEHIM GÓAL FESTIVAL KULTURALI F’GÓAWDEX

PR979
Date Icon 26/06/2001

Dalgóodu l-Onor. Giovanna Debono, Ministru góal Góawdex ippresediet l-iffirmar ta’ ftehim bejn Techinvest Group u t-Teatru Astra illi se jwassal sabiex jiíi organizzat festival kulturali f’Góawdex f’Novembru 2001.

F’diskors qasir ta’ l-okkaújoni, il-Ministru góal Góawdex faóóret l-inizjattiva taú-úewí organizzazzjonijiet illi permezz ta’ dan il-ftehim ser jiíi organizzat il-festival kulturali Mediterranea f’Góawdex f’Novembru li íej. Filwaqt illi awgurat liú-úewí partijiet kull suððess fl-organizzazzjoni tal-festival, hija faóóret lill-Kumitat responsabbli talli góaraf joóloq niðða turistika fi úmien fejn l-istaíun turistiku f’Góawdex ikun inqas b’saóótu.

Mediterranea góandu jressaq lejn Góawdex numru sabió ta’ viúitaturi barranin illi jiíu góal vaganza kulturali fil-gúira f’íimgóa partikolari tas-sena. Il-programm, illi góal din l-ewwel edizzjoni tiegóu ser jieóu bóala tema prinðipali l-muúika ta’ Giuseppe Verdi, ser jinkludi opra lirika flimkien mar-Requiem u Te Deum, kunðerti oóra flimkien ma’ site visits f’siti mportanti bóat-Tempji tal-Ígantija u oórajn.

F’isem il-Grupp Techinvest, is-Sur Tony M. Mejlaq (Chairman) wera s-sodisfazzjon tiegóu illi t-Teatru Astra qed jafda f’idejn il-kumpanija tiegóu l-promozzjoni lokali u internazzjonali ta’ dan l-avveniment kulturali. Is-Sur Dolindo Cassar, f’isem il-Management tat-Teatru Astra, awgura li l-organizzazzjoni ta’ Mediterranea jkompli jagóti dimensjoni góolja tal-kultura Maltija u Góawdxija, speðjalment fid-dawl ta’ turiúmu kulturali góall-gúira.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow