Left arrow Mur Lura

WEBSITE ĠDIDA TAD-DIPARTIMENT TA’ L-INFORMAZZJONI

PR973
Date Icon 26/06/2001

Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni nieda website ġdida fl-indirizz www.doi.gov.mt. L-informazzjoni li kien hemm fil-website l-antika giet ristrutturata b’mod li tiffaċilita l-aċċess u trasferita fil-website il-ġdida. Informazzjoni ta’ attwalità bhal Stqarrijiet, Tenders tal-Gvern, Opportunitajiet ta’ impjieg, Scholarships u editorjali tal-gazzetti lokali, diġà jinsabu fuq is-site il-ġdida, filwaqt li għadu qed isir xoghol fuq l-informazzjoni arkivjata rispettiva.

Informazzjoni aġġornata li tinsab fuq il-website il-ġdida tinkludi dik dwar Ministeri, Dipartimenti u aġenziji tagħhom flimkien ma’ dettalji dwar il-bord tad-diretturi rispettivi tagħhom, riżultati ta’ l-Elezzjonijiet Ġenerali (1996 u 1998) u tal-Kunsilli Lokali (2000 u 2001) u tagħrif ieħor dwar Malta u l-amministrazzjoni tagħha.

Fil-website il-ġdida hemm paġni viżwali ġodda, bħal ma huma ritratti tad-DOI li jiġu mqassma lill-media u ġabra ta’ ritratti dwar attivitajiet uffiċjali, grajjiet importanti u wirt nazzjonali.

Aspett ieħor ġdid fil-website huwa l-facilità li wieħed jagħmel tfittxija (search). Għalkemm dan għadu mhux qed jaħdem għal kollox, diġà jipprovdi għodda b’saħħitha biex wieħed ifittex certi kliem f’ mijiet ta’ dokumenti li jinsabu fl-arkivji elettroniċi tad-DOI. Bil-mod il-mod qiegħed jiddaħħal ukoll l-użu tal-karattri proprji tal-lingwa Maltija, ibbażati fuq in-norma internazzjonali Unicode. It-titjib fil-website se jkompli tul ix-xhur li ġejjin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow