Left arrow Go Back

IPPREŻENTATI IR-RAPPORTI ANNWALI MILL-MANAGEMENT AND PERSONNEL OFFICE FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

PR968
Date Icon 25/06/2001

Il-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandu rwol importanti fil-bidliet li qed iseħħew fis-Servizz Pubbliku. Sa mill-1990 – jiġifieri s-sena li nbeda l-proġett ta’ l-akbar riforma fis-Servizz Pubbliku, l-MPO permezz tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu, id-Dipartiment tal-Policy u Ppjanar, id-Dipartiment għar-Reklutaġġ fis-Servizz Pubbliku, id-Dipartiment responsabbli mill-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll l-iStaff Development Organisation (l-organizzazzjoni responsabbli għat-taħriġ u żvilupp tar-riżorsi umani) kien u għadu protagonista fit-tibdil li seħħ u qed ikompli jseħħ fis-Servizz.

Ittieħdu inizjattivi bħad-delega tar-regolamenti dixxiplinarji, ir-riorganizzazzjoni ta’ gradi u skali ġodda għall-impjegati fis-Servizz, it-tfassil u organizzazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ u attivitajiet oħra bħal "Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku", verifika ta’ sejħiet għall-reklutaġġ u proċeduri relatati. L-MPO kellu sehem ċentrali wkoll fin-negozjati ma’ l-unions li wasslu għall-ewwel ftehim kollettiv għas-Servizz Pubbliku.

Illum, għaxar snin wara li nbdew ir-riformi fis-Servizz Pubbliku, l-MPO fassal pjan strateġiku għas-snin li ġejjin imsejjes fuq l-aġenda tas-Servizz Pubbliku, b’enfasi fuq il-proċess ta’ deċentralizzazzjoni fit-tmexxija tar-riżorsi umani; il-ħtieġa ta’ aktar kontabilità u deployment aktar effettiv tar-riżorsi umani; kif ukoll il-ħtieġa li nkomplu nsaħħu l-kwalità tar-riżorsi umani fis-servizz.

Dan il-pjan, li f’partijiet minnu diġà beda jitwettaq, huwa żvilupp importanti għas-Servizz għaliex l-għan ewlieni tiegħu hu marbut ħaġa waħda ma’ l-impenn u l-inizjattivi li qed jittieħdu sabiex jitwasslu servizzi ta’ kwalità lill-pubbliku Malti u Għawdxi.

M’hemmx l-iċken dubju li dak li jistenna l-pubbliku jiddependi wkoll mill-kapaċitajiet ta’ l-impjegati fis-Servizz, il-management u deployment ta’ dawn l-impjegati, kif ukoll l-istrumenti kollha neċessarja f’organizzazzjoni moderna u dinamika – strumenti bhal performance agreements għall-kapijiet u assistenti kapijiet, il-performance management programme, opportunitajiet ta’ taħriġ għal kulħadd, gender mainstreaming, flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol u benefiċċji oħra. Mingħajr dawn l-istrumenti u mingħajr tmexxija effettiva tar-riżorsi umani, l-aġenda tas-Servizz Pubbliku ma tistax titwettaq.

F’dan l-isfond, l-MPO ħass il-ħtieġa li jinforma lill-media u lill-pubbliku dwar il-ħidma li twettqet mill-MPO matul is-sena 2000 – ħidma li ssarfet f’aktar awtonomija maniġerjali, titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll għenet biex iżżid il-kompetenzi fost l-impjegati fis-Servizz Pubbliku.

Għal dan il-għan dalgħodu sar Press Briefing fejn tqassmu tliet dokumenti lill-media li kienu preżenti: ir-rapport annwali ta’ l-MPO, dak ta’ l-SDO kif ukoll d-dokument dwar il-Performance Management Programme. Dawn id-dokumenti juru biċ-ċar iż-żieda fil-volum tax-xogħol kif ukoll fl-effiċjenza tal-MPO.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow