XOGĦOL VOLONTARJU WAQT IL-ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
Waħda mill-attivitajiet waqt il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku hi inizjattiva 'dida fejn impjegati tas-Servizz Pubbliku qed jingħataw l-opportunita' jgħinu b'mod dirett istituzzjonijiet bħad-Dar tal-Provvidenza, il-Little Sisters of the Poor, Dar il-Kaptan u l-Eden Foundation. L-attivitajiet ewlenin ta' din il-'imgħa huma marbuta mat-tema magħżula din is-sena; ‘Lill-Pubbliku - Servizz ta' Kwalita'.
Is-Servizz Pubbliku dejjem għandhu quddiem għajnejh il-qadi ta' nies bi bżonnijiet speċjali u jara kif jagħmel biex jintlaħqu dejjem aktar u biex jirċievu l-aħjar servizz possibbli. Is-Servizz Pubbliku ilu żmien jaħdem fuq l-ideja kif iqarreb l-impjegati u s-servizzi tiegħu dejjem aktar lejn nies li mgħandhomx aċċess faċli daqs oħrajn għas-servizzi. '?alhekk, kien xieraq li din l-inizjattiva isseħħ fil-kuntest tal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku. Din l-inizjattiva hi maħsuba ukoll sabiex tħajjar aktar nies joffru xogħol volontarju, kif ukoll biex toħloq kuxjenza fost l-impje'ti tas-Servizz Pubbliku favur in-nies fil-bżonn.
Dan il-ħsieb wassal biex intbagħtu tnejn u sittin (62) impjegat mis-Servizz Pubbliku biex jagħtu l-għajnuna volontarja tagħhom f'ħidma soċjali fl-istituzzjonijiet filantropiċi. Ta' min isemmi, li bosta impje'ati li offrew jagħmlu xogħol volontarju matul din il-'imgħa huma nies li di''? huma impenjati f'ħidma soċjali volontarja. Dawn l-impjegati qed iqattgħu l-ħin tagħhom jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni jew tiswijiet, xogħol tad-dar, jagħtu wens lir-residenti jew xi forma ta' kura skond il-bżonn. Uħud ħaduha f'idejhom biex jorganizzaw kant jew joħor'u lir-residenti fuq ħar'iet. '?add minn dawn l-impjegati qed joffru servizz ukoll waqt il-ħin liberu tagħhom, oħrajn imqanqlin mill-bżonn tal-persuni f'dawn l-istituzzjonijiet iddeċċidew minn jeddhom li jibqgħu joffru s-servizz tagħhom ukoll wara din il-Ġimgħa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN