DISKORS MILL-ONOR. DR. AUSTIN GATT, MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI, WAQT IS-SEMINAR BIT-TEMA: "THE BEST POSSIBLE SERVICE TO THE PUBLIC" – GIMGHA GHAS-SERVIZZ PUBBLIKU 2001 - NEW DOLMEN HOTEL, QAWRA
Onorevoli Prim Ministru, Mr. Chairman, Kollegi, Sinjuri
Huwa pjaċir tiegħi li għal darba oħra qiegħed ikolli l-opportunita' li nindirizzakhom f'laqgħa bħal din li tolqot direttament il-ħidma politika tal-Ministeru tiegħi.
Qegħdin fi żmien fejn il-gvernijiet kważi f'kull parti tad-dinja għaddejjin minn riformi kbar u perjodi ta' transizzjoni. Dawk l-aktar avvanzati f'dawn il-bidliet irrejalizzaw illi skadilhom iż-żmien li fih setgħu jesprimu l-ħidma u l-kisbiet tagħhom permezz tar-retorika jew l-imma'inazzjoni politika fuq livell tejoretiku.
Indunaw li ċ-ċittadin ma' kienx jinteressah iżjed minn dawn l-idejolo'iji. Indunaw ukoll li ċ-ċittadin l-anqas kien jinteressah ji'ix l-ewwel jew ji'ix l-aħħar. L-unika ħa'a li ried kien li jieħu bi dritt dak li kien qiegħed iħallas it-taxxi għalih, fl-aħħar ta' kull xahar – li jinqeda bħan-nies!
Dan aħna rrejalizajnih ukoll. Fl-aħħar għaxar snin wettaqna riforma sħiħa fis-Servizz Pubbliku, ħloqna organizzazzjonijiet u strutturi 'odda biex jattwaw din ir-riforma, wettaqna programm ta' deċentralizzazzjoni; investejna aktar minn 80 miljun lira fit-teknolo'ija ta' l-informatika, introduċejna l-Kunsilli Lokali, waqqafna diversi Awtoritajiet, ħloqna korp ta' kapijiet, kapijiet tal-kapijiet u assistenti kapijiet, tejjibna bil-bosta l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema taċ-ċivil, daħħalna l-Quality Service Charters u ħafna affarijiet oħra.
Din il-ħidma kollha kombinata ma' l-opportunitajiet li llum joffru t-teknolo'iji tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni, ipo''ina f'pożizzjoni eċċellenti biex inwarrbu l-għanqbut tar-retorika u niftħu beraħ l-aċċess għall-bibien tas-servizzi tal-Gvern.
Mhux b'kumbinazzjoni għamilt enfażi fuq it-teknolo'ija. L-elettronika, il-komunikazzjoni, it-teknolo'ija u l-internet qed jinfdu prattikament kull rokna tal-pajjiż u fil-futur qarib ser isiru parti integrali minn ħajjitna. Qed ibiddlu l-mod ta' kif ngħixu, kif naħdmu, kif isir il-kummerċ u l-aktar importanti kif il-Gvern jaqdi lill-pubbliku.
U huwa proprju dan li wassalna biex nagħmlu l-pass lejn l-e-Government. L-e-Government m'huwiex sempliċiment xi stil 'did ta' kif inħaddmu d-Dipartimenti tagħna jew xi waħda mill-management fads Amerikani li jitfaċċaw minn żmien għal żmien.
L-e-Government huwa trasformazzjoni fundamentali ta' kif nagħtu s-servizzi tagħna, ta' kif nistrutturaw ir-riżorsi tagħna u fuq kollox ta' kif immexxu s-Servizz Pubbliku. L-e-Government huwa evoluzzjoni li permezz tagħħa nimmodernizzaw u nintegraw is-servizzi tal-Gvern – dak li jissejjaħ seamless Government.
Kif tafu l-Gvern qiegħed iħares lejn il-futur elettroniku ta' pajjiżna b'viżjoni ċara ta' fejn irridu naslu. M'aħniex ser nitilqu ni'ru qabel ma' nitgħallmu nimxu – pero' irrid nagħmilha ċara daqs il-kristall li lanqas m'aħna ser inħallu lil min jitnikker u jtellifna l-opportunitajiet li għandna quddiemna. M'aħniex ser nittoleraw tkaxkir tas-saqajn – ji'i minn fejn ji'i.
Irridu nifhmu li t-triq mhux faċli. Ilkoll għandna nkunu konxji ta' l-isfidi reali li rridu nidħlu għalihom jekk irridu naslu fid-destinazzjoni tagħna. Għalkemm ħafna għandhom l-impressjoni li l-e-Government jikkonsisti f'soluzzjonijiet esklussivament teknolo'iċi, fil-verita' l-elettronika hija biss aspett wieħed ta' din it-trasformazzjoni.
L-e-Government i'ib miegħu bidliet radikali f'kull aspett tas-settur pubbliku – bidliet li ser isarrfu fl-akbar riforma li qatt seħħet fl-operat tal-Gvern. Riforma li għalkemm silenzjuza trid bilfors tbiddel organizzazzjonijiet sta'nati mibnijin fuq il-'erarkiji u l-ispettru tal burokrazija f'organizzazzjonijiet dinamiċi, msawwra madwar il-bżonnijiet tal-klijent.
F'dan l-isfond huwa tajjeb li wieħed iħares lejn il-komponenti ewlenin tas-suċċess ta' l-e-Government. Fil-fatt l-erba' sisien fundamentali li rridu nibnu fuqhom huma:
Is-soluzzjonijiet teknolo'iċi
L-użu tas-servizzi elettroniċi mill-pubbliku
Il-Business Process Re-engineering fid-Dipartimenti tal-Gvernħ u
Ir-Re-skilling u re-training tal-impjegati
Dwar l-ewwel tnejn kelli ħafna okkazzjonijiet nitkellem u nelabora l-viżjoni ċara u l-istrate'ija artikolata li qed jaħdem fuqha l-Gvern. Naħseb illi kemm it-tema kif ukoll l-isfond ta' dan is-seminar, jippermettili illi niffoka fuq l-aħħar żew' sisien inter-relattati li għadni kif identifikajt. Żew' fatturi li jolqtu lilkom direttament.
Fl-opinjoni tiegħi, il-BPR fid-Dipartmenti li ser jibdew joffru s-servizzi elettroniċi huwa l- fattur kruċjali tal-proċess kollu. Huwa inutli li ninvestu biex nibnu l-aqwa soluzzjonijiet teknolo'iċi fuq l-internet u ngħollu l-aspettattivi tal-klijenti tagħna mingħajr ma nħarsu lejn kif ser intejjbu l-operat intern u l-effiċjenza tad-Dipartiment jew Dipartimenti involuti.
L-eżerċizzji ta' BPR inevitabilment ser i'ibu magħhom il-bżonn tal-bidla fil-prattiċi u re-deployment ta' ħiliet u riżorsi. Ma' nistgħux nibqgħu nirreżistu dan il-proċess ta' bidla. Ma' nistgħux – għax nibzgħu mill-modern – inwaqqfu l-progress f'dan il-qasam. Fuq kollox ħadd m'għandu d-dritt illi juża l-arma tal-burokrazija biex jeqred jew inaffar l-inizjattiva ta' dawk li huma verament kommessi li jibdew jagħtu l-aħjar servizz lill-pubbliku.
Din is-sena l-Gvern ser iħallas Lm 196 miljun lira f'pagi lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku – 30% ta' l-ispiża rikorrenti tiegħu. Kull wieħed u waħda minna f'din is-sala għandu d-dmir li jfittex kif jista' jisfrutta dan l-investiment qawwi biex jagħti value added lit-tax payer għall-flus li qiegħed iħallas. U din hi l-politika li nsibu wara l-e-Government: li nużaw ir-riżorsi tagħna biex noffru l-aqwa servizz u fl-istess ħin innaqqsu l-ispiża pubblika.
Sinjuri, l-affarijiet iridu jibdew isiru b'mod differenti u dan jiddependi minn kemm intom kapaċi tinterpretaw dawn il-bidliet u timplimentawhom fl-aqsar żmien possibbli.
F'dan il-kuntest u milli rajt s'issa, jiena nemmen li hemm tlett perikli kbar li rridu nilqgħu għalihom minn kmieni u bl-aktar pożizzjoni iebsa possibbli.
L-ewwel huwa r-riskju tal-frammentazzjoni. L-entużjazmu huwa tajjeb u ta' min ifaħħar lil dawk li ħadu l-inizjattiva biex jibdew jimirħu f'dan il-qasam. Iżda rridu noqgħodu attenti ħafna li ma naqawx fin-nassa tal-frammentazzjoni u n-nuqqas ta' ko-ordinazzjoni. Ma nistgħux naħlu r-riżorsi limitati li għandna fi 'bid ta' ħbula f'direzzjonijiet differenti. Irridu ni'bdu ħabel wieħed u ni'bduh fl-istess direzzjoni.
Kif għidt qabel, qiegħdin nippromwovu l-kunċett ta' seamless Government – ji'ifieri li nagħtu kas tal-fatt li l-klient ma jinteressahx minn fejn u minn min qiegħed jinqeda', iżda jinteressah biss li jinqeda' tajjeb u malajr. U għalhekk huwa importanti li jekk irridu nippro'ettaw ‘il-Gvern' bħala organizzazzjoni waħda, ma jistax ikun li Dipartimenti u entitajiet pubbliċi oħra jitilqu għal rashom f'din l-infrastruttura.
It-tieni periklu huwa l-estrem l-ieħor ta' dan li għadni kemm semmejt – il-persistenza, it-tnikkir u l-antagoniżmu ta' ċerti kapijiet lejn il-potenzjal ta' l-elettronika. Din l-attitudni negattiva u antagonista li teżisti fost uħud mill-livelli tagħkom timmina l-proċess kollu ta' l-e-Government…u dan mhux ser ji'i aċċettat.
Illum għadna f'sitwazzjoni fejn ċerti kapijiet ta' Dipartimenti jirrifjutaw li jużaw l-e-mail! U dan fl-era ta' l-e-Government.
M'aħniex ser nittolleraw sitwazzjonijiet fejn servizzi elettroniċi jmorru l-baħar minħabba negli'enza jew nuqqas ta' interess. M'aħniex ser nittolleraw istanzi ta' ilmenti li jidħlu permezz ta' mezzi elettroniċi mingħajr ma' l-klijent jingħata risposta jew agħar minn hekk mingħajr ma' jinqara l-messa'' elettroniku. Lanqas m'aħna ser nittolleraw informazzjoni out-dated fuq il-websites tad-Dipartimenti.
It-tielet periklu jikkonċerna direttament il-ħila tagħkom. Tagħmlu żball jekk intom bhala kapijiet tad-Dipartimenti ma' tgħarrfux tbiddlu l-operat tagħkom biex teliminaw il-burokrazija żejda u tittraduċu l-potenzjal ta' l-elettronika f'gwadann ta' l-effiċjenza.
Tridu tistinkaw biex tidentifikaw dawk il-proċessi li qed jaħlulkom ħafna riżorsi u tibdew tnaqqsu l-ispiża tagħkom billi jew teliminawhom għal kollox jew tbiddluhom radikalment.
Bl-introduzzjoni ta' servizzi elettroniċi fl-oqsma tar-re'istrazzjonijiet, applikazzjonijiet, ti'did ta' liċenzji, ħlasijiet, mili u sottomissjonijiet ta' formoli u servizzi oħra simili, għandkom tibdew tkunu kapaċi tiddentifikaw is-surplus staff tagħkom, biex dawn jintużaw f'partijiet oħra tas-Servizz Pubbliku.
L-istorja ta' l-amministrazzjoni pubblika f'pajjiżi li għamlu xi żmien bħala kolonji, tgħallimna illi storikament kienet teżisti perċezzjoni kulturali illi l-ammont ta' staff li jkun hemm f'Dipartiment jirrifletti s-saħħa tal-kap ta' dak id-Dipartiment.
Il-ħila tagħkom mhux ser titkejjel permezz tal-istaff complement tagħkom…anzi għal kuntrarju, ser titkejjel mil-kapaċita' u l-ħila tagħkom li tisfruttaw l-e-Government biex iżżidu l-effiċjenza.
Mingħajr ebda dubju, l-implimentazzjoni ta' dawn is-servizzi ser i'ib magħha re-deployment sħiħ tal-ħiliet li għandkom fid-Dipartiment tagħkom li ser isarraf f'mobilizzazzjoni ta' uffiċċjali, abolizzjoni ta' prattiċi ta' xogħol skaduti u assenjar ta' xogħlijiet 'odda.
Konsegwenza ta' dan huwa l-bżonn li ninvestu fit-taħri'. Flimkien ma' l-iStaff Development Organisation irridu nwettqu programm sħiħ ta' re-skilling f'kull livell, biex inkunu nistgħu nużaw in-nies li għanda bl-aħjar mod possibbli – partikolarment fil-ħiliet ta' l-informatika. Hekk biss ser inkunu nistgħu nieħdu l-benefiċċji reali ta' l-e-Government.
Sinjuri, min jaħdem viċin tiegħi dara l-istil tat-tmexxija tiegħi – dak li hu iswed ngħidlu iswed u dak li hu abjad ngħidlu abjad. Personalment, għandi stima kbira lejn is-Servizz Pubbliku u l-mexxejja tiegħu. Bla tlaqliq infaħħar ir-riformi li seħħew f'dawn l-aħħar għaxar snin.
Madankollu jekk irridu nwettqu l-qabża kbira fil-kwalita' lejn l-e-Government ma' nistgħux niefqu hemm. Bl-akbar responsabbilta' flimkien irridu nidħlu għall-isfida biex inkunu fost l-aqwa servizzi pubbliċi fid-dinja u neliminaw l-ispettru tal-burokrazija darba għal dejjem. Min mhux lest jidħol għal din l-isfida b'impenn assolut mhux f'postu f'din is-sala.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN