APPARAT ĠDID GĦALL-ISPTAR ĠENERALI T'GĦAWDEX
Fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex 'ie ppreżentat Colonofiberscope 'did għall-użu ta' l-istess Sptar, illum il-'?amis 21 ta' Ġunju, fil-preżenza ta' l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex.
Dan il-Colonofiberscope, it-tieni wieħed għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex 'ie mogħti mill-Gozo Cancer Club. Dan l-apparat modern ser jintuża biex speċjalisti li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ikunu jistgħu jagħmlu testijiet fuq il-musrana l-kbira, biex mard f'din il-musrana, fosthom il-kanċer, ikun identifikat kmieni kemm jista' jkun. Dan allura jfisser illi l-probabilit'? li l-kura għal dan it-tip ta' mard tirnexxi, hija akbar. Il-Colonofiberscope 'did ser iwassal sabiex il-pazjenti Għawdxin li jkollhom bżonn dawn it-testijiet, ikunu jistgħu jinqdew iktar malajr f'Għawdex stess.
F'diskors ta' l-okkażjoni l-Ministru għal Għawdex irringrazzjat lill-membri kollha tal-Gozo Cancer Club, illi sa mit-twaqqif ta' l-istess grupp dejjem ħadmu għall-'id tal-poplu Għawdxi speċjalment fl-awareness u s-support meħtie' dwar il-marda tal-kanċer. Hija irreferiet għall-bżonn ta' dejjem iktar ħidma bejn il-Gvern u s-settur privat sabiex id f'id il-partijiet kollha jaħdmu għall-'id tal-komunit'? u jindirizzaw il-bżonnijiet tas-soċjet'? Għawdxija b'mod għaqli. "F'okkażjonijiet bħal tal-lum ti'i manifestata b'mod konkret il-kuxjenza soċjali ta' kumpaniji, gruppi u għaqdiet Maltin u Għawdxin, bħal Gozo Cancer Club, illi jfittxu illi jagħtu l-kontribut tagħhom lejn is-soċjet'?".
Preżenti għall-okkażjoni kien hemm ukoll Dr. Anthony Livori (Superintendent Sptar Ġenerali t'Għawdex) flimkien ma' rappreżentanti tal-Gozo Cancer Club.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN