Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, FIS-SEMINAR GĦALL-UFFIĊJALI GĦOLJA FL-OKKAŻJONI TAL-ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU – QAWRA

PR947
Date Icon 21/06/2001

Sinjuri, nixtieq qabel xejn nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi li, għal darba oħra, qed ti'i organizzata 'imgħa ta' attivitajiet iddedikati għas-Servizz Pubbliku – 'imgħa li sservi biex mhux biss inwasslu lill-pubbliku Malti informazzjoni dwar żviluppi fis-Servizz Pubbliku, iżda wkoll tgħinna nirriflettu dwar l-isfidi li għandu quddiemu dan is-Servizz.

F'okkażjonijiet simili bħal tal-lum, jiena dejjem nisħaq fuq is-sehem ċentrali li għandu s-Servizz Pubbliku fit-tisħiħ tal-kwalit'? ta' ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, kif ukoll fl-integrazzjoni ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.

Naturalment, dan il-progress ma jistax iseħħ mingħajr l-impenn tagħkom bħala kapijiet, u tas-Servizz Pubbliku li tiegħu intom responsabbli. Kien għalhekk li, fl-elf disa' mija u disgħin (1990), inbeda l-proċess biex jinbena Servizz Pubbliku li għandu l-kapaċit'? jamministra riżorsi umani u finanzjarji b'mod effiċjenti u effettiv, u li jwassal lill-pubbliku Malti u Għawdxi servizzi ta' kwalit'?.

Din kienet sfida iebsa. Ma ninsewx li l-punt tat-tluq kien wieħed diffiċli: is-Servizz Pubbliku, kif deskritt fir-Rapport tal-Kummissjoni għar-Riforma fis-Servizz Pubbliku, kien "demotivat, mingħajr tmexxija effettiva u mifni b'esperjenzi diffiċli". Kien għalhekk li nbeda l-pro'ett ambizzjuż ta' riforma fl-istrutturi u sistemi fis-Servizz Pubbliku.

L-istrutturi nbidlu, 'ew introdotti ħatriet għal tlett snin marbuta ma' performance għall-kapijiet, sar investiment qawwi f'sistemi ta' informatika, ingħataw opportunitajiet ta' taħri' u żvilupp u intlaħaq ftehim ma' l-unions fuq skali u gradi 'odda.

Komplessivament, l-esperjenza ta' dawn l-aħħar għaxar snin, minkejja d-diffikultajiet, kienet waħda pożittiva. Imxejna 'l quddiem. Tant hu hekk, illi meta nħarsu lejn l-esperjenza tal-biċċa l-kbira ta' pajjiżi applikanti għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, issib li l-bidliet li għaddejjin minnhom biex isaħħu s-servizzi pubbliċi tagħhom huma ferm akbar.

Dan hu mertu wkoll tagħkom, li fhimtu l-bżonn ta' bidla fl-istrutturi u fil-prattika tax-xogħol b'enfasi fuq management aktar milli fuq amministrazzjoni. Fhimtu wkoll il-ħtie'a li tissaħħaħ il-kwalit'? ta' impjegati fis-Servizz, u fuq kollox il-ħtie'a li, fl-interess tal-pubbliku Malti, inkomplu ninvestu u nsaħħu s-servizzi pubbliċi.

Is-servizzi pubbliċi dejjem kienu u jibqgħu fuq quddiem nett ta' l-a'enda politika tal-Gvern immexxi minni. F'din l-amministrazzjoni komplejna fejn ħallejna fl-amministrazzjonijiet preċedenti. Komplejna ninvestu fl-oqsma kollha tas-Servizz Pubbliku: fl-edukazzjoni ta' uliedna bl-investiment fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali; fi skejjel 'odda u f'manutenzjoni ta' skejjel eżistenti, li għal dan il-għan 'iet imwaqqfa l-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' '?ada.

Se nkomplu ninvestu wkoll fil-qasam vokazzjonali, f'dak tas-servizzi tas-saħħa, fit-taħri' tat-tobba, infermiera u paramediċi, u fuq kollox qed nagħmlu l-akbar investiment f'dan il-qasam f'pajjiżna – l-isptar il-'did li għandu jwassal għal qabża oħra fil-kwalit'? fis-servizzi tas-saħħa.

Investejna wkoll fl-informatika fid-dipartimenti kollha, kif wkoll fl-iskejjel, u se nkomplu ninvestu f'dan il-qasam biex, permezz tat-teknolo'ija, il-pubbliku Malti u Għawdxi jkollu aċċess għal servizzi on-line. Għal dan il-għan il-Gvern ħare' white paper fuq l-e-Government, fassal qafas legali permezz ta' tlett li'ijiet fuq l-informatika, waqqaf l-e-Malta Commission. Bdejna nwettqu x-xogħol sabiex is-servizzi tal-Gvern ji'u offruti permezz tal-kompjuter. Il-ħsieb wara dan kollu hu sabiex il-pubbliku jinqeda aħjar, f'inqas żmien u b'aktar effiċjenza. Investejna, u se nkomplu ninvestu wkoll, fl-infrastruttura ta' pajjiżna, fl-ambjent u f'servizzi pubbliċi oħra.

Jekk inħarsu lejn xi ċifri fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u s-saħħa, kif ukoll setturi oħra fis-Servizz Pubbliku, nistgħu napprezzaw aħjar il-volum ta' xogħol li għandu s-Servizz u l-investiment li sar u qed ikompli jsir.

Is-sena l-oħra, l-ispiża totali fl-edukazzjoni laħqet kważi seba' fil-mija (7%) tad-Dħul Nazzjonali. Fl-1990, dan il-persenta'' kien ta' erbgħa punt tmienja fil-mija (4.8%).

Fil-qasam tas-saħħa, l-ispiża totali fis-sena elfejn telgħet għal sitta punt tmienja fil-mija (6.8%). Fl-elf disa' mija u disgħin (1990) din kienet erbgħa punt tnejn fil-mija (4.2%). Dawn iċ-ċifri huma komparabbli ma' dawk ta' pajjiżi membri ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD) – pajjiżi li huma fost l-aktar żviluppati fid-dinja.

Naturalment, hemm setturi oħra fis-Servizz Pubbliku li għandhom volum ta' xogħol daqstant qawwi: nista' nsemmi d-dipartiment tas-Sigurt'? Soċjali, li fis-sena 2000 kellu budget ta' tlieta u sittin miljun lira (Lm63 million). Dan l-investiment tal-Gvern fl-edukazzjoni, fis-saħħa u fis-servizzi soċjali, minbarra setturi oħra, jfisser aktar xogħol għall-impjegati tal-Gvern.

Dan il-volum ta' xogħol hu xhieda ta' l-importanza li għandu s-Servizz Pubbliku f'pajjiżna, u ji''ustifika d-deċiżjoni li ttieħdet fl-1990 biex nirriformawh u nsaħħuh. L-għan aħħari kien u jibqa' li s-servizzi pubbliċi ta' pajjiżna jwasslu għal kwalit'? ta' ħajja aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi.

Biex dan ikompli jseħħ, is-Servizz Pubbliku jrid ikompli jimpenja ruħu, u fejn hu meħtie', ibiddel l-istrutturi u prattiċi fuq il-post tax-xogħol. Irid ikun aktar proattiv u jżomm dejjem quddiem għajnejh il-ħti'ijiet tal-pubbliku Malti u '?awdxi.

Min-naħa tal-Gvern, l-impenn biex jissaħħu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, u biex jittieħdu inizjattivi 'odda, ma naqasx. U dan minkejja l-isfida li għandu quddiem l-poplu Malti u '?awdxi, sabiex il-finanzi tal-Gvern jitqiegħdu fuq saqajhom u nkomplu nsaħħu l-ekonomija. Irridu nifhmu wkoll li biex l-investiment li qed iseħħ fis-Servizz Pubbliku nsostnuh, il-qagħda finanzjarja u ekonomika f'pajjiżna trid tkompli tissaħħaħ. Dan hemm bżonn nagħmluh jekk tassew irridu livell ta' għajxien aħjar għalina u għal uliedna.

F'dinja fejn il-kummerċ bejn il-pajjiżi qed isir aktar ħieles, fejn pajjiżi qed jingħaqdu fi blokki ekonomiċi, u fejn ir-ritmu ta' l-iżvilupp teknolo'iku ma jistenna lil ħadd, il-ħtie'a għal dan l-investiment hija akbar. Iżda bħal kollox, dan l-investiment irridu nibżgħu għalih u nsostnuh.

Hi r-responsabbilt'? tal-Gvern li jiżgura li dan l-investiment ikun sostnut, u li jsir kull sforz sabiex dan jissarraf f'servizzi pubbliċi ta' kwalit'?.

Iżda filwaqt li d-deċiżjonijiet politiċi għandu jerfagħhom il-politiku, id-deċiżjonijiet ta' management dwar il-produttivit'? minn dan l-investiment li qed jagħmel il-Gvern, huma r-responsabbilt'? tagħkom bħala kapijiet.

Nifhem u napprezza d-diffikultajiet li intom tiltaqgħu magħhom fil-ħidma tagħkom, u d-diffikultajiet li ħafna drabi jxekklu l-inizjattivi biex jinbidlu sistemi, strutturi u fuq kollox attitudnijiet.

Minkejja dan, l-impenn għandu jkun qawwi u kontinwu. Ir-riżorsi li qed niddedikaw għas-Servizz Pubbliku huma kbar, partikolarment meta tqis id-daqs ta' pajjiżna. Intom, bħala kapijiet, għandkom id-dmir li tiżguraw li dan l-investiment jagħti r-riżultati mistennija, u li tkomplu ssaħħu l-front line tas-Servizz Pubbliku, ji'ifieri l-punt ta' kuntatt bejn l-uffiċjal u l-pubbliku.

Dan japplika fl-oqsma kollha tas-Servizz: fil-Korp tal-Pulizija, fil-Qrati, fiċ-Ċentri tas-Saħħa, fl-isptarijiet, fl-iskejjel eċċ. L-inizjattivi u bidliet li seħħu u qed iseħħu fis-Servizz Pubbliku jistgħu jagħmlu differenza biss jekk, finalment, iwasslu għal servizzi ta' kwalit'?.

Illum, intom bħala kapijiet fis-Servizz Pubbliku għandkom ferm aktar awtonomija mani'erjali biex tmexxu milli kellkom qabel l-1990. Nemmen li d-devoluzzjoni ta' responsabbiltajiet kien pass 'l quddiem, u għen mhux ftit biex tkunu tistgħu tmexxu b'aktar flessibilt'?. B'dawn ir-riformi, flimkien ma' l-investiment li qed isir, kif ukoll it-titjib sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegati kollha fis-Servizz Pubbliku, ma hemmx post għad-dilettantiżmu, traskura'ni u indifferenza għall-ħti'ijiet tal-klijenti tagħkom. '?add fis-Servizz Pubbliku ma jista' jagħmel kompromessi mal-ħti'ijiet le'ittimi tal-pubbliku. '?alhekk, il-poplu Malti u '?awdxi jistenna riżultati aktar tan'ibbli u aktar viżibbli, partikolarment f'dawk is-setturi l-aktar vitali.

Is-snin li 'ejjin huma kruċjali għall-poplu tagħna. L-għan tal-Gvern immexxi minni hu li ntejbu l-kwalit'? ta' ħajja għall-poplu Malti u '?awdxi, sew fis-saħħa, fl-ambjent, fl-edukazzjoni kif ukoll fl-infrastruttura. Dan kollu jista' jsir bl-impenn tagħkom, u fl-isfond tal-ħidma kollha li qed issir biex pajjiżna jipparteċipa fl-akbar pro'ett fl-istorja ta' l-Ewropa – pro'ett li għandu jwassal għal aktar prosperit'? u stabilit'? fir-re'juni kollha, inkluż dak tal-Mediterran.

Il-proċess ta' integrazzjoni Ewropea huwa opportunit'? wkoll għas-Servizz Pubbliku biex jikkopera ma' pajjiżi Ewropej fuq oqsma tekniċi u amministrattivi, bħax-Schengen Information System u l-ħarsien tal-fruntieri, l-istandards ta' prodotti, benchmarking, u tagħrif dwar esperjenzi u good practice fil-management.

F'diversi ministeri, dan di''? beda jsir, u għandu jkompli jikber fix-xhur li 'ejjin permezz ta' l-arran'ament ta' twinning fil-Ministeri ta' l-Ambjent, Finanzi, Politika Soċjali, Agrikoltura u Sajd, Servizzi Ekonomiċi, Trasport u Komunikazzjoni, fil-Ministeru ta' l-Intern u fil-qasam tal-politika re'jonali.

It-twinning huwa żvilupp importanti u jirrifletti l-koperazzjoni li qed tinbena fost il-pajjiżi mseħbin u dawk applikanti. Huwa strument li, permezz tiegħu, ministeri u dipartimenti jistgħu janalizzaw bir-reqqa l-ħti'ijiet tagħhom biex jintegraw is-sistemi u proċeduri tagħhom ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea.

Mill-proposti li ntbagħtu 'l-Kummissjoni Ewropea, li fil-biċċa l-kbira tħejjew minnkom, huwa evidenti li x-xogħol kollu konness ma' l-integrazzjoni tal-li'ijiet, sistemi u proċeduri fis-Servizz Pubbliku qed jittieħed bis-serjet'?, u dan jawgura tajjeb għall-futur.

L-integrazzjoni Ewropea hi ra'uni oħra għaliex għandna nagħmlu ħilitna biex inkomplu nsaħħu s-Servizz Pubbliku. Integrazzjoni Ewropea ''ib magħha moviment aktar ħieles ta' ideat, kunċetti u persuni, u dan kollu joħloq pressjoni sabiex is-servizzi pubbliċi offruti mill-pajjiżi membri jkun ta' l-istess livell.

Kull ċittadin Ewropew, u fil-futur dak Malti u '?awdxi, jippretendi li s-servizzi pubbliċi jkunu ta' l-istess kwalit'?, ikun fejn ikun.

Dan għandu jkun l-għan ewlieni tas-Servizz Pubbliku Malti fis-snin li 'ejjin – li jiggarantixxi servizzi ta' kwalit'? liċ-ċittadini Maltin u Ewropej. Pajjiżna ma jixraqlu xejn anqas.

Sinjuri, jien konvint – u ċert ukoll li taqblu miegħi – li l-kwalitajiet tagħkom iħabbtuha ma' dawk ta' l-aqwa uffiċjali fis-Servizzi Pubbliċi ta' pajjiżi mseħbin fl-Unjoni Ewropea. B'aktar konvinzjoni, ntenni li bir-riżorsi li l-Gvern qed jiddedika, kif ukoll bl-investiment li qed isir fl-informatika u fir-riżorsi umani, għandkom opportunit'? li tkunu intom il-protagonisti ta' dan l-iżvilupp storiku għal pajjiżna – żvilupp li għandu jwassal għal kwalit'? ta' ħajja aħjar għall-poplu Malti u '?awdxi kollu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow