STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD
Il-politika ta' Svizzera fil-Mediterran fir-rigward ta' l-industriji tal-majjal u tat-tjur ma tfisser xejn ħlief il-qerda u l-mewt naturali ta' l-istess industriji. Dan jirriżulta minn stqarrija li saret fid-29 ta' April 1998 mill-Onor. Alfred Sant stess. L-Onor. Sant kien stqarr li bil-politika tal-Gvern immexxi minnu pajjiżna jkollu importazzjoni bla rażan ta' prodotti bħal-laħam tal-majjal, tjur, bajd u ħxejjex bi pezzijiet tant baxxi li l-bdiewa u r-raħħala tagħna ma jkunux jistgħu jikkompetu magħhom! Din il-politika ta' Svizzera fil-Mediterran allura tfisser diżastru għall-biedja f'pajjiżna.
Dan qalu l-Ministru għall-Biedja u Sajd il-Perit Ninu Zammit, b'riferenza għas-sensiela ta' stqarrijiet bla bażi tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar l-imsemmija setturi tal-biedja.
Il-Ministru Zammit tenna li nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, il-levies fuq dawn il-prodotti xorta ser jispiċċaw.
Għaldaqstant, il-politika tal-Gvern preżenti hija li r-raħħala u l-bdiewa jingħataw għajnuna finanzjarja biex itejbu l-effiċjenza ta' l-operat tagħhom fuq perjodu ta' snin bl-iskop li jsiru iktar kompetittivi. Fl-istess waqt il-konsumatur jibda jgawdi minn prezzijiet irħas kif ukoll il-levies jibdew jitneħħew gradwalment.
B'hekk ikun garantit dħul xieraq u 'ust għall-bdiewa u r-raħħala kif ukoll tkun assigurata provvista ta' prodotti bnini bi prezzijiet adekwati għall-konsumatur.
Huwa temm jgħid li l-bdiewa u r-raħħala di''? batew b' din it-tip ta' politika diżastruża ta' Svizzera fil-Mediterran, bil-kontijiet ta' l-ilma li kien ħare' il-Gvern immexxi mill-Onor. Alfred Sant għall-irziezet, liema kontijiet kienu 'ew imtella minn 25c għal Lm7.40 kuljum, u liema kontijiet l-Onor. Alfred Sant għalissa mhux isemmi!
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN