Left arrow Go Back

DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI L-ONOR. JESMOND MUGLIETT WAQT KONFERENZA STAMPA BIT-TEMA "STRATEGIJA GDIDA GHAL SKOLASPORT – L-IZVILUPP TAZ-ZGHAZAGH PERMEZZ TA' L-ISPORT" ORGANIZZATA MILL-KUMITAT TA' TMEXXIJA TA' SKOLAS

PR941
Date Icon 20/06/2001

L-ikbar prijorita' li ghandu l-Gvern fl-isport hija li tizdied il-partecipazzjoni fl-isport. Sabiex tizdied din il-partecipazzjoni, il-facilitajiet u l-attivitajiet jehtieg ikunu accessibli ghal kulhadd. Hu mehtieg li jkun hawn strutturi li jhajru t-tfal jibdew jippartecipaw u jitghallmu.

L-ikbar istituzzjoni li thajjar u tizviluppa t-tfal fl-isports hija Skolasport, li kull sena tattira madwar 2500 tifel u tifla f'madwar 25 sport differenti. Ilha tinhass il-htiega li Skolasport ittejjeb l-operat taghha sabiex verament tkun orjentata lejn l-izvilupp tat-tfal. Ghalhekk mill-bidu tas-sena, f'Settembru li gej, Skolasport sejra tiftah struttura differenti; struttura mfassla fuq Youth Development Policy.

Din il-Youth Development Policy ser tkun maqsuma fi tlett stadji; il-Foundation Programme ghal tfal bejn il-5 u s-7 snin. Dan jinkludi taghlim baziku ta' movimenti fosthom caqliq tal-gisem, kontroll tal-ballun u kif wiehed jorqod il-mira, zvilupp fl-attitudni positiva lejn attivitajiet fisici u tahrig fil-moviment.

Il-Participation Programme bejn it-8 u l-10 snin fejn it-tfal jinghataw c-cans li jippratikaw diversi dixxiplini sportivi fosthom dixxiplini sportivi marbutin mal-atletika, l-ghawm u l-ginastika, fil-waqt li jibqghu ghaddejjin bil-programm baziku.

L-ahhar stadju dak ta' Performance Programme ta' bejn l-11 u s-16-il sena. Hawn it-tfal jinghataw ic-cans li jaghzlu id-dixxiplina sportiva favorita taghhom minn 25 dixxiplina sportiva. F'dan l-istadju t-tfal jiehdu sehem f'kompetizzjonijiet u tournaments, jinghataw tahrig minn coaches u ghalliema professjonali u jigu identifikati t-talenti tat-tfal. Kull programm ghandu kurrikulum ghal kull sena sabiex kull tahrig jimxi fuqu, kif ukoll ikun jista' jitkejjel il-progress.

Ghal dawn l-ahhar snin, Skolasport organizzat programm specjali ghal tfal bi bzonnijiet specjali ta' bejn il-5 u s- 16-il sena. Ghas-sena d-diehla ser jithejja programm specjalizzat mahdum apposta skond il-bzonnijiet ta' dawn it-tfal. Fost l-isports offrut hemm l-ghawm, l-atletika u l-ginastika.

Wahda mid-diffikultajiet li kienu qed jifaccaw il-genituri li jibaghtu l-uliedhom f'din l-iskola kienet li ma kienux qed jutilizaw il-hin meta jkunu qed jistennew lil uliedhom. Ghal dan l-ghan il-genituri qed ikollhom diversi opportunitajiet fosthom ‘fitness' li qed isir fil-Marsa kif wkoll ghawm li qed isir fil-Pixxina Nazzjonali.

Skolasport qed tkun mifruxa wkoll ghal matul is-sajf permezz ta' Skolasajf. Il-programm tas-sajf huwa bbazat fuq attivitajiet sportivi tal-ilma fosthom ‘windsurfing' u ‘sailing', ghawm u waterpolo, kif wkoll ghal ewwel darba ser tkun introdotta it-‘triathon'.

Il-programm ta' azzjoni, li permezz tieghu ghandha tissahhah l-istruttura ta' Skolasport jinkludi zvilupp fir-rizorsi u fil-materjal li juzaw l-ghalliema u l-coaches, appogg u korsijiet ta' tahrig organizzat ghall-ghalliema u l-coaches. L-ghajnuniet li jaghti l-Gvern permezz tal-‘sport support programme' qed jinkludu kundizzjonijiet lill-assocjazzjonijiet li jkunu msiehba f' dawn il-programmi.

Skolasport ma tistax tkun success jekk ma jkunx hemm l-appogg shih tal-assocjazzjonijiet u l-ghaqdiet sportivi, tal-ufficjali u tal-amministraturi, kif ukoll tal-coaches u tal-ghalliema kif ukoll tal-atleti infushom. L-appogg tad-diversi kunsilli lokali f' dan il-progett, huma indispensabbli sabiex ikun hawn partecipazzjoni wiesgha.

Nixtieq nirringrazzja lil kull min huwa involut, direttament jew indirettament fit-tmexxija ta' Skolasport, kif wkoll lill-isponsers Kellogg's u Bank of Valletta, tal-appogg li qed jaghtu li minghajr l-ghajnuna taghhom zgur kienet tkun difficli li dan il-programm jigi implimentat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow