DISKORS TA' L-ONOR. GIOVANNA DEBONO, MINISTRU GHAL GHAWDEX FL-OKKAŻJONI TAS-SEMINAR KONKLUŻIV ORGANIZZAT MILL-MOVIMENT AZZJONI SOĊJALI, DWAR: IT-TIS'?I'? TAL-VALURI TAL-KULTURA U TA' L-ETIKA FIL-KOMUNITA' G'?AWDXIJA, KUMPLESS RESIDENZJALI MAS, G'?AJNSIELE
Nibda billi nifraħ lill-Moviment Azzjoni Soċjali f'Għawdex illi għall-ewwel darba nedew pro'ett ta' importanza liema bħalha, pro'ett illi jista' jissarraf fi studji dettaljati dwar id-diversi aspetti tal-ħajja f'Għawdex, pro'ett li jista' jwassal għal interess partikolari fil-mod ta' għixien tagħna mhux biss minn studenti jew riċerkaturi Għawdxin imma anke minn oħrajn Maltin jew barranin.
Għawdex huwa gżira ċertament distinta minn, mhux biss Malta, imma anke gżejjer oħra fil-Mediterran. Il-qagħda 'eografika t'Għawdex flimkien mar-realtajiet soċjo-politiċi, soċjo-reli'jużi, ekonomiċi, ambjentali, infrastrutturali u dawk kulturali fost l-oħrajn, jgħinu sabiex Għawdex jinse' il-karattru partikolari tiegħu. Għalhekk ninnota bi pjaċir is-selezzjoni vasta ta' su''etti li l-Moviment Azzjoni Soċjali ħa bħala temi għal seminars matul dawn l-aħħar disa' xhur.
Kienu ċertament su''etti li jirriflettu lil Għawdex fit-totalita' tiegħu. Kienu su''etti illi fid-diskussjonijiet illi saru dwarhom ħar'u aspetti tal-karattru morali, soċjali u kulturali tal-poplu Għawdxi. Kienu su''etti illi taw spinta qawwija lill-manifestazzjoni tal-valuri, prinċipji u twemmin li jħaddan il-poplu Għawdxi u li allura jiffurmaw is-sinsla tal-karattru tal-ir'iel u n-nisa ta' gżiritna tal-lum, u b'mod inqas dirett, ta' għada.
Dan għaliex il-valuri li jħaddan poplu, minn żmien għal żmien jinbidlu. Fattur ewlieni li j'ib din il-bidla hija mingħajr ebda dubju l-espożizzjoni għal kulturi oħra, permezz ta' taħlit ma' poplu ieħor, b'modi diretti jew indiretti. Dan il-fenomenu ta' interkulturaliżmu jinfluwenza pożittivament jew negattivament, il-mod ta' kif poplu jaħseb u jgħix. U l-iktar mod ta' kif wieħed jista' jinnota din il-bidla jew żvilupp huwa billi jevalwa l-mod ta' għixien u valuri taż-żgħażagħ u t-tfal tagħna.
Dan peress illi dawn il-'enerazzjonijiet preżentament huma l-aktar 'enerazzjonijiet li jesperjenzaw bl-iktar mod dirett il-fenomenu ta' "Global Village", fejn id-dinja toqrob mhux iktar lejn pajjiżi distanti minn xulxin imma iktar lejn villa'' wieħed, permezz tat-turiżmu u l-ivvja''ar, tat-teknolo'ija, l-elettronika u l-media. Huma dawn il-'enerazzjonijiet il-mera tas-soċjeta' ta' għada. Huma dawn il-'enerazzjonijiet li permezz tal-valuri etiċi u kulturali tagħhom ser jiddeterminaw il-futur ta' pajjiżna, b'mod partikolari Għawdex.
Nixtieq f'dan l-indirizz tiegħi nindirizza punti ta' mportanza dwar dawn l-istess valuri ta' Etika u Kultura, b'mod partikolari fil-kuntest tal-gżira Għawdxija u l-karattru tagħha.
Ir-realta' soċjo-reli'juża ta' gżiritna tinħass b'mod qawwi, anke forsi iktar minn partijiet oħra ta' Malta. Hija din ir-realta' minsu'a fil-karattru Għawdxi illi tifforma l-bażi ta' ħafna mill-prinċipji Nsara u allura valuri u regoli etiċi u morali flimkien ma' azzjonijiet u a'ir fil-karattru tal-poplu tagħna.
Għal żmien twil il-valuri etiċi tal-poplu tagħna kienu msawra madwar il-prinċipji fundamentali Nsara ta' dak li bl-ingliż ngħidu "right or wrong". Iżda għalkemm tinħass shift mill-prinċipji tradizzjonalment assoċċjati mal-Knisja Kattolika, xorta waħda ma nħossx illi wieħed jista' jgħid li l-poplu tagħna, jew anzi, iż-żgħażagħ u t-tfal tagħna tbegħdu minn dawk il-valuri li dejjem żammew il-poplu tagħna bħala wieħed 'eneruż, integru, onest, għaqli, fidil u responsabbli.
Ngħid dan għaliex dawn l-eżempji mill-mod ta' għixien tal-poplu tagħna jirriflettu l-ħtie'a tal-bniedem għal dik li hija ordni: Ordni fil-mod ta' għixien minn 'urnata għall-oħra, Ordni għal dawk illi huma ħolqien ta' regoli u li'ijiet, Ordni għal dawk illi huwa żvilupp ta' strutturi illi jiffaċilitaw l-eżistenza ta' komunita', soċjeta' jew poplu.
Nemmen illi l-ordni, u allura l-bażi fuq liema soċjeta' tista' verament tibqa' miexja b'mod sostenibbli, mhijiex sejra lura. Anzi nemmen illi din l-istess stabilita', ikkrejata mill-poplu nnifsu, hija l-kawża illi żżomm soċjeta' sħiħa fid-dawl ta' tibdiliet kbar madwar id-dinja.
Fl-aħħar mill-aħħar irridu nirrealizzaw illi d-dinja ta' madwarna qed tinbidel b'rati fenomenali. Malta u Għawdex m'humhiex barra mid-dinja! L-istess fenomenu ta' "Global Village" jagħmel mit-tibdiliet ta' pajjiż partikolari, tibdiliet tad-dinja kollha. U kif semmejt qabel, huma t-teknolo'ija u l-media illi jibnu din l-istruttura ta' komunikazzjoni sħiħa bejn pajjiż u ieħor, bejn soċjeta' u oħra, bejn komunitajiet u popli differenti. U allura, it-tibdil fil-kultura ta' poplu partikolari huwa inevitabbli. Il-fatt illi poplu ji'i espost għal kultura, mod ta' għixien, karattru ta' poplu jew xi ħadd ieħor, fuq perijodu ta' żmien relattivament twil, i'iegħel liż-żew' partijiet jinbidlu – mhux neċessarjament fil-bażi fundamentali tagħhom imma xi ftit jew wisq jinfluwenzaw lil xulxin speċjalment, jekk involuti f'interazzjoni two-way. Anke f'interazzjoni one-way, bħal ngħidu aħna waqt li xi ħadd ikun qed jara t-television, din il-bidla, għalkemm differenti, issir xorta. Fil-bidu u f'nofs is-seklu l-ieħor, eżattament fl-1928 u fl-1968, saru studji fl-Amerika fejn analizzaw ir-rata ta' kemm it-televiżjoni, b'mod speċjali ta' kemm id-dinja kif murija fuq it-televiżjoni, kienet tinfluwenza l-perċezzjoni tad-dinja vera – ir-riżultati wasslu għal reviżjoni f'dak li jixxandar tant kemm instabet relazzjoni diretta bejn il-medium, il-kontenut u l-im'ieba ta' min ikun espost għalih.
Għaliex qed ngħidu dan? Huwa sempliċement biex insaħħaħ l-argument illi l-bidla fl-im'ieba, fil-karattru, fl-azzjonijiet esterjuri, fil-kultura b'mod 'enerali, ma nistgħux nevitawha. Ma fiha xejn ħażin minnha nnifisha, dment illi l-poplu jkollu għarfien, intelli'enza u edukazzjoni biżżejjed sabiex jagħraf jagħżel it-tajjeb mill-ħażin, jiżen u janalizza ħafna minn dak li hu espost għalih, sakemm jagħraf jissettja l-limiti tiegħu, jagħraf ikun responsabbli mhux biss individwalment imma anke fl-a'ir tiegħu bħala poplu.
Nemmen illi l-karattru Għawdxi allura jikkwalifika għal dan it-tip ta' komportament. Jekk inħarsu lejn l-istorja ta' gżiritna naraw illi għalkemm bħala 'ens il-poplu Għawdxi 'ie ffaċċjat b'diversi kulturi differenti, modi ta' għixien differenti, reli'jonijiet differenti, xorta waħda kien responsabbli u għaqli biżżejjed biex dawk illi huma neċessarjament valuri u morali tiegħu jħarishom. Inbidlu uħud mit-tradizzjonijiet u mill-mod ta' kif naqilgħu l-ħobża ta' kuljum, mill-perċezzjoni tar-ra'el u l-mara fis-soċjeta', mir-rwoli ta' l-awtoritajiet matul iż-żmien, inbidlu xi ftit il-kċina u l-kostum Għawdxi … inbidlu ħafna affarijiet, imma l-punti fokali tal-karattru Għawdxi baqgħu, u nemmen li jibqgħu, hemm.
Jiena nikkonkludi billi minn qalbi nirringrazzja lill-Moviment Azzjoni Soċjali għaliex grazzi għall-inizjattiva volontarja illi ħadu, 'ew organizzati ħmistax-il seminar differenti fejn il-poplu Għawdxi seta' jieqaf, jaħseb u janalizza l-identita' u l-karattru intrinsikament partikolari tiegħu. Huwa ta' benefiċċju kbir illi komunita' jew soċjeta' kull tant żmien tevalwa l-pożizzjoni tagħha – mhux biss magħha nnifisha imma anke fid-dawl ta' relazzjonijiet ma' oħrajn. Hija għalhekk inizjattiva tassew ta' min jinkora''iha din illi ħa l-Moviment Azzjoni Soċjali, illi nieda dik li hi probabbilment l-ewwel serje ta' diskussjonijiet dwar tista' tgħid kull aspett tal-ħajja Għawdxija. Jiena għalhekk, filwaqt illi minn qalbi ner'a' nirringrazzja lil dawk kollha involuti fl-organizzazzjoni, il-kontribuzzjoni u l-parteċipazzjoni ta' avveniment simili, nawgura sabiex iktar Għawdxin u mhux-Għawdxin, jinvolvu ruħhom f'eżerċizzji jew studji simili sabiex inkomplu nesploraw u nindividwalizzaw iktar aspetti interessanti tal-ħajja kwotidjana tagħna, aspetti mill-ħajja illi probabbilment m'humhiex mogħtija l-importanza mistħoqqa, propju għaliex għad m'humhiex individwalizzati.
Grazzi lil kulħadd.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN