Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAĊ-ĊERIMONJA TAT-TQEG'?ID TA' L-EWWEL ĠEBLA TAĊ-ĊENTRU SPORTIV FIL-KOTTONERA

PR921
Date Icon 16/06/2001

Sinjuri Ministri, Segretarji Parlamentari, Sindki, Kunsilliera, Reverendi Kappillani, Sinjuri,

Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija bħala Prim Ministru li llum nippresjedi ċ-ċerimonja tat-tqegħid ta' l-ewwel 'ebla taċ-Ċentru Re'jonali Sportiv 'ewwa l-Kottonera. Sa mill-bidu ta' din il-le'islatura, l-Gvern tiegħi ħadem fuq il-wegħda elettorali li "…..Jibni kumplessi sportivi fit-tlett naħat ta' Malta, bħal dak li nbena r-Rabat t'Għawdex…".

L-esperjenza tal-bini tal-kumpless sportiv t'Għawdex urietna kif faċilit'? ddisinjata tajjeb, tista' toffri opportunitajiet li mhux bilfors wieħed kien jimma'inhom meta dan il-pro'ett kien għadu jitfassal. Huwa ta' sodisfazzjon tara faċilit'? mibnija ftit snin ilu issir parti integrali, mhux biss mill-ħajja sportiva, imma ukoll mill-ħajja soċjali t'Għawdex.

Il-wegħda elettorali li nibnu tlett ċentri sportivi re'jonali konna għamilniha għax nemmnu li l-'ustizzja soċjali ma tintlaħaqx biss bl-assistenza soċjali,

imma meta l-komunitajiet kollha f'Malta u Għawdex ikollhom faċilitajiet li jgħinu lil kull individwu jimxi 'l quddiem u jsib il-milja tiegħu. L-ewwel pass lejn it-twettieq ta' din il-wegħda kien li jsir studju dwar in-nuqqasijiet li jeżistu f'inħawi differenti ta' Malta, inklużi n-nuqqasijiet li jeżistu fl-isport. Ma ridniex li jkollna tlett ċentri identiċi, imma li jindirizzaw il-ħti'ijiet speċifiċi tal-komunitajiet differenti.

Wara l-istudji neċessarji li stabbilixxew il-kriterji għal bini ta' dawn iċ-ċentri, fl-Lulju tal-1999, il-Kabinett approva l-bini ta' dan il-Kumpless 'ewwa l-Kottonera u ieħor 'ewwa l-Karwija. Fil-laqgħa tal-Kabinett fejn kienet ittieħdet din id-deċiżjoni, konna ukoll qbilna li għandu jitkompla l-investiment f'Ċentri Sportivi Nazzjonali bħal-Marsa, Ta' Qali u l-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali. It-taħlita ta' Ċentri Nazzjonali, erba' ċentri re'jonali u numru ta' faċilitajiet lokali għandha tiżgura li kull min jixtieq jipprattika xi sport jkun jista' jagħmel dan.

Il-Kabinett tal-Ministri kien għażel il-Kottonera bħala s-sit tal-Kumpless għan-Nofs Inhar għax jemmen fl-impatt soċjali pożittiv li dan il-Kumpless jista' jħalli. M'aħniex naraw biss f'dan iċ-Ċentru Re'jonali s-swali fejn jintlagħab diversi sports. Qegħdin naraw f'dan iċ-ċentru benniena għall-attivit'? volontarja, mezz sabiex ikunu komplementati l-attivitajiet ta' l-iskejjel ta' l-inħawi sabiex aktar tfal jieħdu l-istudju bis-serjet'?. Ma' dan imbagħad jitħalltu attivitajiet ta' sport Nazzjonali li għandhom ji'bdu numru regolari ta' spettaturi li ji'u f'dan il-kumpless minn kull rokna ta' Malta. Dan għandu wkoll jgħin sabiex jaqgħu pre'udizzji li forsi jeżistu fil-mod kif x'uħud iħarsu lejn dawn l-inħawi.

Id-deċiżjoni ta' Lulju 1999 tirrifletti l-impenn ta' dan il-Gvern li jagħti nifs 'did lill-Kottonera. Impenn rifless fid-determinazzjoni li l-pro'ett li għandu jibdel ix-xtut tal-Birgu, Bormla u l-Isla f'ċentru marittimu modern, jimxi 'l quddiem u jibda jħalli l-frott. Impenn rifless f'investimenti oħra bħar-restawr ta' diversi monumenti, il-bini tad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla, u l-bini taċ-Ċentru tar-Riżorsi għall-Familja.

Meta fl-elfejn u tlieta (2003) ser norganizzaw il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta' l-Ewropa, dan iċ-ċentru ser ikun wieħed mill-Kumplessi li ser jospita parti mill-kompetizzjonijiet. Dan mhux b'kumbinazzjoni. Qegħdin inħarsu lejn il-

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta' l-Ewropa bħala mezz kif tiżdied il-parteċipazzjoni fl-Isport. L-akkaniżmu sportiv li nistennew f'dawk il-'ranet tal-Logħob żgur sejjer jgħin sabiex aktar tfal u żgħażagħ jitħajjru jibdew jipprattikaw xi sport. Aktar ma jkollna nies attivi fl-isport aktar ikollna soċjet'? f'saħħitha.

Il-bini ta' dan il-Kumpless imur lil hemm mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta' l-2003. Il-Logħob ji'i u jmur, iżda l-bini ser jibqa' sabiex jitgawda mill-'enerazzjonijiet ta' wara. Ma' dan l-iżvilupp kollu, wieħed irid iżid it-titjib fl-infrastruttura bħal toroq u servizzi oħra. M'għandix dubju li bħalma rajna ji'ri fil-kumpless tal-pixxina, l-bini ta' dan iċ-ċentru sportiv fil-Kottonera sejjer joħloq opportunitajiet 'odda għal aktar żvilupp sportiv u siner'iji mal-għaqdiet ta' l-inħawi, siner'iji li forsi lanqas biss nimma'inawhom illum.

Filwaqt li nawgura li din l-ewwel 'ebla li qed inpo''u llum tkun il-bidu ta' moviment sportiv 'did fin-Nofs Inhar ta' Malta, nixtieq nesprimi s-sodisfazzjon tal-Gvern tiegħi li dan il-Pro'ett issa qabad ir-ritmu li ser iwassal għat twettiq ta' wegħda elettorali oħra ta' din il-le'islatura.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow