JUM IL-MISSIER 2001 F'G'?AWDEX
"Huwa xieraq illi Jum il-Missier, l-istess bħal Jum l-Omm, ji'i ċċelebrat ta' kull sena. Dan għaliex l-omm u l-missier jikkumplimentaw lil xulxin fil-familja u r-rwoli tat-tnejn huma mportanti. Xieraq għalhekk illi ta' l-inqas darba fis-sena, nirriflettu ftit dwar ir-rwol u s-sehem tal-missier fil-familja kontemporanja Maltija u Għawdxija".
Dan qalitu l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, meta dalgħodu għamlet żjara lill-missierijiet rikoverati fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Tradizzjonalment, ir-rwol tal-missier kien dak illi jipprovdi mezz ta' għixien għall-familja, iżda maż-żminijiet dan id-dmir beda jinbidel sabiex jakkomoda ħti'ijiet oħra. Huwa tassew ta' sodisfazzjon ninnotaw illi, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar insibu missirijiet li jinvolvu rwieħhom attivament fit-trobbija ta' l-ulied. Din il-bidla fil-mentalita` tas-soċjeta` tagħna, stqarret il-Ministru Debono, hija fl-aħjar interess tal-membri kollha tal-familja Maltija u Għawdxija. Dan għaliex, illum il-'urnata nirrikonoxxu l-ħtie'a tal-preżenza tal-missier fil-familja, preżenza li hija tant importanti daqs dik ta' l-omm.
Il-Ministru Giovanna Debono esprimiet l-apprezzament tagħha għax-xogħol li l-missirijiet jagħmlu, kemm barra kif ukoll fid-dar. Hija stiednet lill-missirijiet kollha biex jipprattikaw rwol li mhux biss ingħata definizzjoni u o''ettivi 'odda, iżda wkoll rwol li jirrikjedi preżenza effettiva tal-missier fil-familja.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN